15.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fil-11 ta’ Mejju 2009 — Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne vs Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland, partijiet terzi interessati: E.On Benelux u Burgemeester en Wethouders Rotterdam
(Kawża C-167/09)
2009/C 193/04
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne
Konvenut: Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland
Partijiet terzi interessati: E.On Benelux u Burgemeester en Wethouders Rotterdam
Domandi preliminari
1. |
L-obbligu ta’ interpretazzjoni b’mod konformi mad-direttiva jimplika li l-obbligi tad-Direttiva 96/61/KE (1) dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (li issa hija d-Direttiva 2008/1/KE (2) dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż) trasposti fil-Wet milieubeheer jistgħu u għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ambjentali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ il-livelli massimi għal SO2 u/jew NOx tad-Direttiva 2001/81/KE (3) ta’ emissjonijiet nazzjonali għal ċerti sustanzi atmosferiċi li jniġġsu (iktar ’il quddiem id-“Direttiva NEC”), b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-obbligi taħt l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 96/61/KE, li issa hija d-Direttiva 2008/1/KE? |
2.a |
L-obbligu ta’ Stat Membru li jastjeni milli jadotta miżuri ta’ natura li jikkompromettu serjament it-twettiq tar-riżultat stabbilit minn direttiva japplika wkoll għall-perijodu bejn is-27 ta’ Novembru 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2010, previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva NEC? |
2.b |
Matul il-perijodu bejn is-27 ta’ Novembru 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2010, obbligi pożittivi huma imposti fuq l-Istat Membri kkonċernati, flimkien mal-obbligu li jastjenu jew minfloku, jekk il-limiti massimi ta’ SO2 u/jew NOx tal-livelli nazzjonali ta’ emissjoni jinqabżu jew jekk jeżisti riskju li huma jinqabżu fi tmiem dan il-perijodu? |
2.ċ |
Sabiex tingħata risposta għad-domandi 2.a u 2.b, huwa importanti li mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ambjentali, fir-rigward ta’ installazzjonijiet li jikkontibwixxu jew jistgħu jikkontribwixxu għall-qbiż tal-livelli massimi ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ SO2 u/jew NOx tad-Direttiva NEC, jirriżulta li l-installazzjonijiet awtorizzati ser jibdew joperaw mhux iktar kmieni mill-2011? |
3.a |
L-obbligi msemmija fit-tieni domanda għandhom bħala konsegwenza li l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrifjuta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ambjentali jew jissuġġettaha għal rekwiżiti jew għal restrizzjonijiet oħrajn, jekk xejn ma jippermetti li jiġi ggarantit li l-installazzjonijiet li għalihom intalbet l-awtorizzazzjoni mhumiex ser jikkontibwixxu għall-qbiż tal-livelli ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ SO2 u/jew NOx tad-Direttiva NEC? Għandha tiġi kkunsidrata, sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, il-miżura li fiha l-installazzjonijiet inkwistjoni jikkontibwixxu jew jistgħu jikkontribwixxu għal dan il-qbiż? |
3.b |
Bil-kontra, jirriżulta mid-Direttiva NEC li Stat Membru, anki fil-każ ta’ qbiż jew tar-riskju ta’ qbiż tal-livelli massimi ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ SO2 u/jew NOx, jkollu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiżgura t-twettiq tal-għanijiet previsti mid-Direttiva, u jista’ b’hekk ma jirrifjutax li joħroġ l-awtorizzazzjoni jew li ma jissuġġettahiex għal rekwiżiti jew restrizzjonijiet, iżda jieħu miżuri oħra minflok dawn, bħal miżuri ta’ kumpens? |
4. |
Fejn l-obbligi previsti fid-domandi 2 u 3 huma imposti fuq l-Istati Membri, jista’ individwu jinvoka l-osservanza tal-imsemmija obbligi quddiem qorti nazzjonali? |
5.a |
Individwu jista’ jinvoka direttament l-Artikolu 4 tad-Direttiva NEC? |
5.b |
Jekk iva, dan l-individwu jista’ jinvoka dan l-Artikolu mis-27 ta’ Novembru 2002, jew biss mill-31 ta’ Diċembru 2010? Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa importanti li mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ambjentali jirriżulta li l-installazzjonijiet awtorizzati ser jibdew joperaw mhux iktar kmieni mill-2011? |
6. |
B’mod iktar partikolari, individwu jista’, jekk l-għoti ta’ awtorizzazzjoni ambjentali u/jew miżuri oħrajn jikkontibwixxu għall-qbiż tal-livelli ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ SO2 u/jew NOx tad-Direttiva NEC, jew jistgħu jikkontribwixxu għal dan il-qbiż, ikun intitolat, abbażi tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva:
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p. 26)
(2) Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 24, p. 8).
(3) Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, p. 22)