1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhofs (il-Ġermanja) tas-6 ta’ Mejju 2009 — Finanzamt Leverkusen vs Verigen Transplantation Service International AG
(Kawża C-156/09)
2009/C 180/43
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhofs
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finanzamt Leverkusen
Konvenuta: Verigen Transplantation Service International AG
Domandi preliminari
1) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 28bF tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għal xi waħda mid-domandi preċedenti: l-Artikolu 13A(1)(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-estrazzjoni ta’ ċelloli tal-qarquċa tal-ġogi mill-materjal kartilaġinuż meħud minn bniedem u l-kultura ċellulari sussegwenti jikkostitwixxu “kura medika” meta ċ-ċelloli li jirriżultaw mill-kultura ċellulari jerġgħu jiġu impjantati fid-donatur? |
(1) ĠU L 45, p. 1.