4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ April 2009 — József Uzonyi vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

(Kawża C-133/09)

2009/C 153/40

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság (l-Ungerija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: József Uzonyi

Konvenuta: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

Domandi preliminari

L-espressjoni “[d]an [il-pagament] għandu jingħata abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskiminatorji” li tinsab fl-Artikolu143ba(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2006, timplika li ma kienx possibbli li ssir distinzjoni għall-finijiet tal-eliġibbiltà tal-pagament għaz-zokkor separatament mill-iskema ta’ pagament uniku li tipprovdi li l-bdiewa jipprovdu l-pitravi zokkrija direttament (huma stess) jew indirettament (permezz ta’ integratur) sabiex dawn jiġu pproċessati?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilxxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, p. 1)