6.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts München (Il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2009 — Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt München

(Kawża C-123/09)

2009/C 129/17

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt München

Domanda preliminari

1)

Is-subintestatura 3926000 tan-Nomenklatura Magħquda kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri anki ċerti prodotti tat-tessut li naħa waħda tagħhom tiġi magħmula raffa u miksija b’kisja tal-plastik, liema kisja però ma tipprovdi l-ebda funzjoni għajr dik ta’ sempliċi tisħiħ, peress li l-proċess li fih it-tessut jiġi magħmul raff iwassal esklużivament għal adeżjoni aħjar tal-kisja tal-plasik u ma jkunx iktar viżibbli mill-utent ladarba jitlesta l-prodott (ara wkoll in-Nota 56.5 tas-Sistema Armonizzata dwar il-Kapitolu 39 tan-Nomenklatura Magħquda)?


(1)  ĠU L 281, p. 1; ĠU L 256, p. 1