20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-1 ta’ April 2009 — Société fiduciaire nationale d’expertise comptable vs Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique

(Kawża C-119/09)

2009/C 141/49

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société fiduciaire nationale d’expertise comptable

Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (1), kienet intiża li tipprekludi, fir-rigward tal-professjonijiet irregolati li hija tipprevedi, kull projbizzjoni ġenerali, tkun xi tkun il-forma ta’ prattika kummerċjali kkonċernata, jew tħalli lill-Istati Membri l-possibbiltà li jżommu l-projbizzjonijiet ġenerali fir-rigward ta’ ċerti prattiki kummerċjali, bħal dik tal-bejgħ bieb-bieb?


(1)  ĠU L 376, p. 36.