6.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Il-Belġju) fl-20 ta’ Marzu 2009 — Terre wallonne vs Région wallonne

(Kawża C-105/09)

2009/C 129/14

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Terre wallonne

Konvenuta: Région wallonne

Domandi preliminari

1)

Il-programm ta’ ġestjoni tan-nitroġenu rigward iż-żoni vulnerabbli indikati, li huwa stabbilit skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), huwa pjan jew programm kopert mill-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (2), li hu ppreparat għall-agrikoltura, l-forestrija, is-sajd, l-enerġija, l-industrija, it-trasport, l-immaniġġjar tal-iskart, l-amministrazzjoni tal-ilma, t-telekomunikazzjonijiet, it-turiżmu, l-ippjanar ta’ bliet u l-kampanja jew l-użu tal-art u li [jistabbilixxi] l-qafas għall-kunsens futur għall-iżvilupp tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 85/337/KEE (3)?

2)

Il-programm ta’ ġestjoni tan-nitroġenu rigward iż-żoni vulnerabbli indikati, li huwa stabbilit skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, huwa pjan jew programm kopert mill-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, li, peress li l-effetti li huwa jista’ jkollu fuq is-siti, jeħtieġ evalwazzjoni skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 92/43/KEE (4), b’mod partikolari meta l-programm ta’ ġestjoni tan-nitroġenu inkwistjoni japplika għaż-żoni vulnerabbli indikati kollha tar-Reġjun tal-Vallonja?

3)

Il-programm ta’ ġestjoni tan-nitroġenu rigward iż-żoni vulnerabbli indikati, li huwa stabbilit skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, huwa pjan jew programm differenti minn dawk koperti mill-Artikolu 3(2) tad-direttiva, li jiddefinixxi l-qafas għall-kunsens futur għall-iżvilupp tal-proġetti, li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, skont l-Artikolu 3(4), jekk huma jistax ikollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, skont il-paragrafu 5?


(1)  ĠU L 375, p. 1.

(2)  ĠU L 197, p. 30.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7).