18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (Il-Litwanja) fis-16 ta’ Frar 2009 – Kriin Amgen, Inc. vs Lietuvos Respublikos valstybinis patentų biuras

(Kawża C-66/09)

2009/C 90/27

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (Il-Litwanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kriin Amgen, Inc.

Konvenut: Lietuvos Respublikos valstybinis patentų biuras

Domandi preliminari

1)

Id-“data ta’ meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ” imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 1768/92, għandha tinftiehem fir-rigward tal-Litwanja bħala d-data tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija affermattiva, x’inhi r-relazzjoni bejn l-Artikolu 19 u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1768/92 għall-finijiet tal-kalkolu tat-terminu ta’ sitt xhur u liema minn dawk l-artikoli għandu jkun applikat f’dan il-każ?

3)

L-awtorizzazzjoni sabiex prodott jitqiegħed fis-suq fil-Komunità daħlet fis-seħħ mingħajr kundizzjoni fir-Repubblika tal-Litwanja fid-data tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea?

4)

Fil-każ li r-risposta għat-tielet domanda hija affermattiva, id-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni sabiex prodott jitqiegħed fis-suq għandu jkun ekwiparat mal-għoti tagħha għall-finijiet tal-Artikolu 3(b) tar-Regolament Nru 1768/92?