16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgerichts Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Frar 2009 — Landkreis Bad Dürkheim vs Aufsichts- und Dienstleistungsdirektion, beigeladen: Frau Astrid Niedermair-Schiemann

(Kawża C-61/09)

2009/C 113/40

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Landkreis Bad Dürkheim

Konvenut: Aufsichts- und Dienstleistungsdirektion

Parti oħra fil-kawża: Frau Astrid Niedermair-Schiemann

Domandi preliminari

1)

Żona tibqa’ żona agrikola skont l-Artikolu 44(2) tar-Regolament KE Nru 1782/2003 (1) meta, għalkemm użata wkoll għal finijiet agrikoli (mergħa għat-trobbija tan-nagħaġ), din prinċipalment isservi għall-preżervazzjoni tal-pajsaġġ u għall-protezzjoni tan-natura?

2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

Żona hija użata għal attivitajiet mhux agrikoli skont l-Artikolu 44(2) tar-Regolament KE Nru 1782/2003 meta l-attivitajiet inkwistjoni jservu prinċipalment għall-protezzjoni tan-natura jew f’kull każ meta, fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-għanijiet ta’ protezzjoni tan-natura, il-bidwi huwa suġġett għall-istruzzjonijiet tal-awtorità responsabbli għall-protezzjoni tan-natura?

3)

Jekk hemm żona agrikola (l-ewwel domanda) użata għal attivitajiet agrikoli (it-tieni domanda):

Sabiex żona agrikola tkun ikkunsidrata bħala li tifforma parti minn azjenda (żona agrikola tal-azjenda skont l-Artikolu 44(2) tar-Regolament KE Nru 1782/2003),

a)

huwa neċessarju li tali żona tkun qegħda għad-dispożizzjoni tal-azjenda permezz ta’ kuntratt ta’ kiri jew ta’ tranżazzjoni temporanja tal-istess tip, konkluż kontra ħlas?

b)

Fil-każ ta’ risposta negattiva: Iż-żona tibqa’ tifforma parti mill-azjenda meta din titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-azjenda mingħajr ħlas, jew biss kontra l-ħlas tal-ispejjeż lill-assoċjazzjoni professjonali, bil-għan li tintuża b’ċertu mod u matul perijodu limitat, b’mod konformi mal-għanijiet ta’ protezzjoni tan-natura?

c)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva: Iż-żona tibqa’ tifforma parti mill-azjenda meta l-azjenda hija obbligata twettaq ċerti servizzi li għalihom hija rremunerata?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, p. 1)