18.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 90/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-House of Lords (Ir-Renju Unit) fis-6 ta’ Frar 2009 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs Loyalty Management UK Limited
(Kawża C-53/09)
2009/C 90/20
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
House of Lords
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Konvenuta: Loyalty Management UK Limited
Domandi preliminari
Fiċ-ċirkustanzi fejn persuna taxxabbli (iktar ’il quddiem il-“Promotur”) teżerċità attività kummerċjali fejn tamministra skema ta’ premji għal lealtà għal diversi klijenti partecipanti (iktar ’il quddiem l-“Iskema”), li permezz tiegħu il-Promotur jidħol f’diversi ftehim kif ġej:
i) |
Ftehim ma’ diversi kumpanniji msejħa “Sponsers” li jipprovdu li l-isponsers jagħtu “Punti” lill-klijenti tal-Isponsers (iktar ’il quddiem il-“Kolletturi”) li jixtru oġġetti jew servizzi mill-Isponsers u l-Isponsers jagħmlu ħlasijiet lill-Promotur; |
ii) |
Ftehim mal-kolletturi li jinkludu dispożizzjonijiet li, meta jixtru oġġetti u/jew servizzi mill-Isponsers, huma jirċievu Punti li jistgħu jsarrfu għal oġġetti u/jew servizzi; u |
iii) |
Ftehim ma’ diversi kumpanniji (imsejħa “Fornituri”) li jipprovdu li l-Fornituri jaċċettaw, fost l-oħrajn, li jipprovdu oġġetti u/jew servizzi lil Kolletturi għal prezz li huwa inqas milli kieku jkun pagabbli jew għal ebda ħlas meta l-Kollettur isarraf il-Punti u min-naħa tiegħu il-Promotur iħallas “Ħlas għas-Servizz” li huwa kkalkulat skont in-numru ta’ Punti li jistgħu jissarrfu ma’ dak il-Fornitur matul il-perijodu rilevanti.
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistemi komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)
(2) Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1)