Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 – Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju

(Kawża C‑513/09)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/66/KE – Batteriji u akkumulaturi kif ukoll skart ta’ batteriji u akkumulaturi – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/66) (ara l-punti 9-12)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, p. 1).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.