Keywords
Summary

Keywords

Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Irjus tat-tewm imnixxfin, li l-umdità fihom ma tneħħeitx għalkollox

(Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1810/2004)

Summary

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament Nru 1810/2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li t-tewm li jkun għadda minn proċess ta’ tnixxif intensiv skont trattament speċjali li jirriżulta fit-tneħħija totali jew kważi totali tal-umidità li jkun fih il‑prodott, jaqa’ taħt is-subintestatura tariffarja 0712 90 90 tan-Nomenklatura Magħquda, iżda t-tewm imnixxef parzjalment, li jikkonserva l-proprjetajiet u l‑karatteristiċi tat-tewm frisk, jaqa’ taħt is-subintestatura tariffarja 0703 20 00 tal-imsemmija Nomenklatura Magħquda.

Sabiex l-irjus tat-tewm jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 0712, il-proċess ta’ tnixxif tat-tewm irid iġib miegħu modifiki sostanzjali jew irriversibbli b’tali mod li l-prodott ma jibqax fl-istat naturali.

Għaldaqstant, it-tneħħija tal-ilma għandha timmodifika b’mod sostanzjali l‑proprjetajiet u l-karatteristiċi oġġettivi tal-prodott b’tali mod li tali modifika twassal għal klassifikazzjoni taħt intestatura tariffarja differenti mill-intestatura 0703, li tkopri l-ħxejjex fl-istat frisk jew refriġerat.

(ara l-punti 25, 26, 35 u d-dispożittiv)