Keywords
Summary

Keywords

1. Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 85/337 — Obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-evalwazzjoni minn qabel tal-awtorizzazzjoni — Proġetti dwar minjieri miftuħa

(Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11, Artikoli 2, 3 u 5(1) u (3))

2. Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43 — Żoni ta’ protezzjoni speċjali — Obbligi tal-Istati Membri — Proġetti dwar minjieri miftuħa li jinsabu fi jew qrib ħafna ta’ sit ikklassifikat bħala żona ta’ protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 79/409

(Direttivi tal-Kunsill 79/409, kif emendata bid-Direttiva 97/49, u 92/43, Artikoli 6(2) sa (4), u 7)

3. Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43 — Żoni ta’ protezzjoni speċjali — Obbligi tal-Istati Membri — Proġetti dwar minjieri miftuħa li jinsabu fi jew qrib ħafna ta’ sit ikklassifikat bħala żona ta’ protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 79/409

(Direttivi tal-Kunsill 79/409, kif emendata bid-Direttiva 97/49, u 92/43, Artikoli 6(2) sa (4), u 7)

4. Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43 — Żoni ta’ protezzjoni speċjali — Obbligi tal-Istati Membri — Proġetti dwar minjieri miftuħa li jinsabu fi jew qrib ħafna ta’ sit ikklassifikat bħala żona ta’ importanza Komunitarja

(Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(2); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/813)

Summary

1. Jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l‑Artikoli 2, 3 u 5(1) u (3) tad-Direttiva 85/337, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 97/11, Stat Membru li jawtorizza minjieri miftuħa mingħajr ma jkun issuġġetta l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi għal evalwazzjoni li tippermetti li jiġu identifikati, deskritti u evalwati b’mod xieraq l-effetti diretti, indiretti u kumulattivi tal-proġetti ta’ minjieri miftuħa eżistenti, ħlief għal dak li jikkonċerna waħda mill-minjieri, fir-rigward tal-ors kannella ( Ursus arctos ).

(ara l-punt 197, u d-dispożittiv 1)

2. Mid-data meta sit ġie kklassifikat bħala żona ta’ protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 79/409, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif emendata bid-Direttiva 97/49, jonqos milli jwettaq, fir-rigward tal-imsemmi sit, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva 92/43, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, moqrija flimkien mal-Artikolu 7 tagħha, Stat Membru li awtorizza minjieri miftuħa li jinsabu fi jew qrib ħafna tas-sit ikkonċernat mingħajr ma ssuġġetta l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi għal evalwazzjoni xierqa tal-eventwali effetti tal-imsemmija proġetti u, f’kull każ, mingħajr ma ssodisfa l-kundizzjonijiet li jippermettu t-twettiq ta’ proġett minkejja r-riskju li l-proġett imsemmi jista’ jirrappreżenta għas-serduq selvaġġ ( Tetrao urogallus ), li jikkostitwixxi wieħed mir-rikkezzi naturali li mmotivaw il-klassifikazzjoni tas-sit inkwistjoni bħala żona ta’ protezzjoni speċjali, jiġifieri n-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, l-eżistenza ta’ raġunijiet obbligatorji ta’ interess pubbliku importanti u l-komunikazzjoni lill-Kummissjoni tal-miżuri kumpensatorji meħtieġa sabiex jiggarantixxi l-koerenza globali tan-netwerk Natura 2000.

(ara l-punt 197, u d-dispożittiv 2)

3. Mid-data meta sit ġie kklassifikat bħala żona ta’ protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 79/409, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif emendata bid-Direttiva 97/49, jonqos milli jwettaq, fir-rigward tal-imsemmi sit, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva 92/43, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, moqrija flimkien mal-Artikolu 7 tagħha, Stat Membru li ma jadottax il-miżuri meħtieġa sabiex jevita d-deterjorament tal-habitats, inklużi dawk tal-ispeċi, u t-tfixkil kunsiderevoli għas-serduq selvaġġ, li l-preżenza tiegħu fuq is-sit ikkonċernat kienet waħda mill-motivi wara l-klassifikazzjoni tal-imsemmija żona ta’ protezzjoni speċjali, ikkawżati mill-minjieri miftuħa li jinsabu fi jew qrib ħafna ta’ dan is-sit.

(ara l-punt 197, u d-dispożittiv 2)

4. Mid-data ta’ adozzjoni tad-Deċiżjoni 2004/813, li tadotta, skont id-Direttiva 92/43, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, il-lista tas-siti ta’ importanza għall‑Komunità tar-reġjun bijoġeografiku atlantiku, jonqos milli jwettaq, fir-rigward ta’ sit iddisinjat bħala sit ta’ importanza għall-Komunità, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2) tal-imsemmija direttiva, Stat Membru li ma jadottax il-miżuri meħtieġa sabiex jevita d-deterjorament tal-habitats, inklużi dawk tal-ispeċi, u t-tfixkil ikkawżat lill-ispeċi minn ċerti minjieri li jinsabu fi jew qrib ħafna tal-imsemmi sit.

(ara l-punt 197, u d-dispożittiv 3)