Keywords
Summary

Keywords

Rikors għad-danni — Suġġett — Talba għal kumpens għal dannu imputabbli lill-Komunità

(Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE)

Summary

Azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali mressqa kontra l-Komunità Ewropea, anki jekk tkun ibbażata fuq leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema legali partikolari li hija differenti mis-sistema komuni tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tar-responsabbiltà ċivili, ma taqax, skont l-Artikolu 235 KE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288, taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali.

Il-fatt li tali azzjoni għal responsabbiltà tista’ ssir biss taħt kundizzjonijiet partikolari, b’mod partikolari, il-fatt li r-responsabbiltà tal-persuna kkonċernata tiġi ddikjarata biss jekk ikun hemm żball serju, ma jistax jaħbi l-fatt li din l-azzjoni għandha l-karatteristiċi ġenerali ta’ azzjoni intiża għall-kumpens ta’ danni fir-rigward ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE li, skont l-Artikolu 235 KE, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati Komunitarji.

(ara l-punti 17, 22, 26 u d-dispożittiv)