Kawża C-337/09 P

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

vs

Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group Co. Ltd

“Appell — Politika kummerċjali — Dumping — Importazzjonijiet ta’ glifosat li joriġina miċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 2(7)(b) u (ċ) — Status ta’ impriża li toperaw fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq — Kunċett ta’ ‘interferenza [sinjifikattiva] mill-Istat’ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) — Azzjonist pubbliku li de facto jikkontrolla l-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-produttur — Assimilazzjoni ta’ tali kontroll ma’ ‘interferenza [sinjifikattiva’ — Evalwazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ approvazzjoni tal-kuntratti għall-esportazzjoni — Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju — Evalwazzjoni tal-provi prodotti”

Sommarju tas-sentenza

  1. Appell – Interess ġuridiku – Fatt li jseħħ wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tkun neħħiet in-natura dannuża tagħha għall-appellant – Tħassir mill-awtur tiegħu li jkun ġie annullat mill-Qorti Ġenerali – Tħassir en nunc differenti mill-annullament ex tunc – Żamma tal-interess ġuridiku

  2. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

  3. Appell – Aggravji – Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet – Evalwazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Portata – Punt ta’ liġi mistħarreġ fil-kuntest ta’ appell

  4. Appell – Aggravji – Repetizzjoni, sabiex jiġi kkontestat ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali, ta’ argumenti ppreżentati quddiemha – Ammissibbiltà

  5. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Għoti tal-istatus ta’ impriża li tevolvi f’ekonomija tas-suq – Kundizzjonijiet – Assenza ta’ interferenza sinifikanti tal-Istat fid-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ kumpannija – Kunċett – Oneru tal-prova

    (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) u Nru 461/2004, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ))

  6. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Osservanza tal-garanziji proċedurali

  1.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddikjara appell inammissibbli meta fatt li jseħħ wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali jkun neħħa n-natura dannuża tagħha għall-appellant. Fil-fatt, l-eżistenza ta’ interess ġuridiku tippreżumi li l-appell jista’, permezz tar-riżultat tiegħu, iwassal għal benefiċċju għal min iressqu. Meta regolament, adottat wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, iħassar ir-regolament annullat minn din tal-aħħar unikament en nunc u mhux ex tunc, l-attur jibqalu interess ġuridiku għall-annullament tal-effetti prodotti mir-regolament annullat bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u dik tat-tħassir tiegħu.

    (ara l-punti 46, 48, 49)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 55)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 58)

  4.  Meta appellant jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, magħmula mill-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi eżaminati fl-ewwel istanza jistgħu jerġgħu jiġu diskussi fl-appell. Fil-fatt, li kieku l-appellant ma jkunx jista’ jibbaża l-appell tiegħu fuq argumenti diġà użati quddiem il-Qorti Ġenerali, il-proċedura tal-appell titlef parti mis-sens tagħha.

    (ara l-punt 61)

  5.  Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kundizzjonijiet previsti, għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq, mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku antidumping Nru 384/96, kien b’mod ġust li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li kontroll statali, muri miċ-ċirkustanzi li l-azzjonisti pubbliċi, għalkemm f’minoranza, jikkontrollaw il-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija, li huma jeleġġu l-membri tal-bord tad-diretturi u li numru mid-diretturi tal-imsemmija kumpannija huma marbutin ma’ din tal-aħħar permezz ta’ kuntratti ta’ xogħol jew ta’ provvista ta’ servizzi, ma jistax jiġi assimilat, fil-prinċipju, ma’ “interferenza [sinjifikattiva] mill-Istat” fis-sens tal-imsemmi artikolu u ma jistax għaldaqstant jeżenta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni mill-obbligu li jieħdu inkunsiderazzjoni l-provi, prodotti mill-produttur ikkonċernat, relatati mal-kuntest fattwali, legali u ekonomiku konkret li fih kien jopera dan tal-aħħar.

    Fil-fatt, mill-kliem tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) tal-imsemmi regolament jirriżulta b’mod ċar li din id-dispożizzjoni ma tindirizzax l-interferenzi statali ta’ kull natura fl-impriżi produttriċi, iżda unikament dawk relatati ma’ deċiżjonijiet ta’ dawn tal-aħħar fir-rigward tal-prezzijiet u l-ispejjeż tal-inputs. Barra minn hekk, l-użu tat-terminu “interferenza” jindika li ma huwiex suffiċjenti li l-Istat jista’ jkollu ċerta influwenza fuq l-imsemmija deċiżjonijiet, iżda jimplika indħil effettiv f’dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, l-interferenza fid-deċiżjonijiet tal-produttur fir-rigward tal-prezzijiet u l-ispejjeż tal-inputs għandha tkun “[sinjifikattiva]”. Għaldaqstant, huwa stabbilit li l-imsemmi artikolu jippermetti ċertu livell ta’ interferenza min-naħa tal-Istat f’dawk id-deċiżjonijiet.

    In-natura sinjifikattiva jew le ta’ interferenza statali fl-imsemmija deċiżjonijiet għandha tiġi evalwata b’riferiment għall-għan ta’ din id-dispożizzjoni, li huwa intiż sabiex jiżgura li l-produttur jopera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq u, partikolarment, li l-ispejjeż li huwa suġġett għalihom u l-prezzijiet li huwa jistabbilixxi jkunu jirriżultaw mill-effetti ħielsa tal-forzi tas-suq. Konsegwentement, interferenza statali li la min-natura tagħha u lanqas mill-effett tagħha ma tista’ tirrendi d-deċiżjonijiet ta’ produttur fil-qasam tal-prezzijiet u tal-ispejjeż tal-inputs inkompatibbli mal-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq ma tistax tiġi kkunsidrata bħala sinifikanti.

    Madankollu, tali interpretazzjoni ma għandhiex bħala konsegwenza l-eliminazzjoni tal-kundizzjoni li tistabbilixxi li l-produttur għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-inputs mingħajr tali interferenza. Fil-fatt, anki meta l-produttur ikun adotta l-imsemmija deċiżjonijiet billi jkun ikkunsidra unikament is-sinjali tas-suq, l-imsemmija kundizzjoni tipprekludi li dan jingħata l-benefiċċju tal-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq f’każ fejn l-Istat ikun interferixxa b’mod sinjifikattiv fuq l-effetti tal-forzi tas-suq fir-rigward, pereżempju, direttament fuq il-prezz ta’ ċerti materji primi jew il-prezz tax-xogħol tal-id. Fi kwalunkwe każ, huwa l-produttur li għandu jipproduċi provi ta’ natura li juru li huwa ma huwiex suġġett għal interferenza sinifikanti mill-Istat meta huwa jadotta d-deċiżjonijiet kummerċjali tiegħu, u l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fir-rigward tagħhom.

    (ara l-punti 78-83, 89, 91)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 106, 107)

Kawża C-337/09 P

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

vs

Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group Co. Ltd

“Appell — Politika kummerċjali — Dumping — Importazzjonijiet ta’ glifosat li joriġina miċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 2(7)(b) u (ċ) — Status ta’ impriża li toperaw fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq — Kunċett ta’ ‘interferenza [sinjifikattiva] mill-Istat’ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) — Azzjonist pubbliku li de facto jikkontrolla l-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-produttur — Assimilazzjoni ta’ tali kontroll ma’ ‘interferenza [sinjifikattiva’ — Evalwazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ approvazzjoni tal-kuntratti għall-esportazzjoni — Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju — Evalwazzjoni tal-provi prodotti”

Sommarju tas-sentenza

  1. Appell — Interess ġuridiku — Fatt li jseħħ wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tkun neħħiet in-natura dannuża tagħha għall-appellant — Tħassir mill-awtur tiegħu li jkun ġie annullat mill-Qorti Ġenerali — Tħassir en nunc differenti mill-annullament ex tunc — Żamma tal-interess ġuridiku

  2. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

  3. Appell — Aggravji — Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet — Evalwazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Portata — Punt ta’ liġi mistħarreġ fil-kuntest ta’ appell

  4. Appell — Aggravji — Repetizzjoni, sabiex jiġi kkontestat ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali, ta’ argumenti ppreżentati quddiemha — Ammissibbiltà

  5. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Determinazzjoni tal-valur normali — Għoti tal-istatus ta’ impriża li tevolvi f’ekonomija tas-suq — Kundizzjonijiet — Assenza ta’ interferenza sinifikanti tal-Istat fid-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ kumpannija — Kunċett — Oneru tal-prova

    (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) u Nru 461/2004, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ))

  6. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Osservanza tal-garanziji proċedurali