SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
26 ta’ Ġunju 2012 ( *1 )
“Appell — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda — Regolament (KE) Nru 1972/2003 li jistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli — Rikors għal annullament — Terminu — Bidu tad-dekorrenza — Tardività — Inammissibbiltà — Emenda ta’ dispożizzjoni tal-imsemmi regolament — Terminu li jibda jiddekorri mill-ġdid — Ammissibbiltà parzjali — Aggravji — Ksur tal-prinċipji li jikkostitwixxu komunità ta’ dritt u tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Ksur tal-prinċipji ta’ moviment liberu tal-merkanzija u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità — Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Ksur tal-ġerarkija tar-regoli — Ksur tal-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 — Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1972/2003 — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni”
Fil-Kawża C-335/09 P,
li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2009,
Ir-Repubblika tal-Polonja, irrappreżentata inizjalment minn M. Dowgielewicz, sussegwentement minn M. Szpunar, bħala aġenti,
appellanti,
il-parti l-oħra fil-kawża li hija:
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn H. Tserepa-Lacombe, A. Stobiecka-Kuik u A. Szmytkowska, kif ukoll minn T. van Rijn, bħala aġenti,
konvenuta fl-ewwel istanza,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts, J.-C. Bonichot, M. Safjan, Presidenti ta’ Awla, G. Arestis, A. Borg Barthet, M. Ilešič, C. Toader u J.-J. Kasel (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-1 ta’ Marzu 2012,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
Permezz tal-appell tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (li saret il-Qorti Ġenerali) tal-10 ta’ Ġunju 2009, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-257/04, Ġabra p. II-1545, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħha għall-annullament tal-Artikolu 3, l-Artikolu 4(3) u t-tmien inċiż tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, tal-10 ta’ Novembru 2003, dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 474), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 735/2004, tal-20 ta’ April 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 111). |
Il-kuntest ġuridiku
It-Trattat ta’ Adeżjoni u l-Att ta’ Adeżjoni tal-2003
2 |
L-Artikolu 2(3) tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea (ĠU 2003, L 236, p. 17), iktar ’il quddiem it-“Trattat ta’ Adeżjoni”), iffirmat f’Ateni fis-16 ta’ April 2003 u rratifikat mir-Repubblika tal-Polonja fit-23 ta’ Lulju 2003, jipprovdi li: “Minkejja l-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni jistgħu jadottaw qabel l-Adeżjoni l-miżuri li hemm referenza għalihom [fl-Artikolu 41 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU 2003, L 236, p. 33, iktar ’il quddiem l-“Att ta’ Adeżjoni tal-2003”), anness mat-Trattat ta’ Adeżjoni]. Dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ biss soġġetti għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ ta[t-Trattat ta’ Adeżjoni].” |
3 |
L-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jipprovdi li: “Jekk ikunu meħtieġa xi miżuri transitorji sabiex jiffaċilitaw it-transizzjoni mir-reġim eżistenti fl-Istati Membri l-ġodda għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni taħt il-kondizzjonijiet stipulati minn dan [l-Att ta’ Adeżjoni tal-2003], dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1260/2001 [tad-19 ta’ Ġunju 2001] dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 17)], jew jekk ikun il-każ, fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew il-proċedura tal-kumitat rilevanti kif stabbilita mill-leġislazzjoni applikabbli. Il-miżuri transitorji li hemm referenza għalihom f’dan l-Artikolu jistgħu jittieħdu matul perijodu ta’ tliet snin wara d-data ta’ l-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perijodu. Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jista’ jestendi dan il-perijodu. [...]” |
4 |
Il-Kapitolu 4 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni relatat mal-lista msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dan tal-aħħar, intitolat “l-Agrikoltura” jipprovdi fil-punti 1 u 2 tiegħu: “1. Hażniet pubbliċi miżmuma mill-Istati Membri l-ġodda fid-data ta’ l-adeżjoni u li jirriżultaw mill-politika tagħhom ta’ għajnuna lis-suq għandhom jgħaddu f’idejn il-Komunità għall-valur li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1883/78 [tat-2 ta’ Awwissu 1978] li jistipula regoli ġenerali għall-iffinanzjar ta’ interventi mill-Fond Ewropew ta’ Gwida u Garanzija Agrikola, Sezzjoni tal-Garanzija [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 3, p. 266]. Il-ħażniet imsemmija għandhom jgħaddu f’idejn il-Kummissjoni biss bil-kondizzjoni li jkun hemm disposizzjonijiet fir-regoli tal-Komunità għall-intervent pubbliku għall-prodotti in kwistjoni u li l-ħażniet jilħqu l-ħtiġiet Komunitarji rigward l-interventi. 2. Kull ħażna ta’ prodott, kemm privata kemm pubblika, li fid-data ta’ l-adeżjoni tkun f’ċirkolazzjoni libera fit-territorju ta’ l-Istati Membri l-ġodda u li teċċedi l-kwantità li tista’ tkun meqjusa bħala ħażna li normalment tgħaddi minn żmien għall-ieħor għandha tiġi eliminata bi spejjeż għall-Istati Membri l-ġodda.” |
5 |
Il-Kapitolu 5 tal-imsemmi anness, intitolat “l-Unjoni Doganali” jipprovdi li: “[…] Ir-Regolament [tal-Kunsill] (KEE) Nru. 2913/92 [tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307] u r-Regolament [tal-Kummissjoni] (KEE) Nru. 2454/93 [tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3)] għandhom japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda skond id-disposizzjonijiet speċifiċi li ġejjin :
[…]” |
Ir-Regolament Nru 1972/2003
6 |
Fl-10 ta’ Novembru 2003, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Nru 1972/2003, li b’mod partikolari jistabbilixxi, essenzjalment u għal dak li jikkonċerna l-kawża preżenti, sistema ta’ taxxi fuq ċerti prodotti agrikoli b’deroga tranżitorja mir-regoli Komunitarji li normalment ikunu applikabbli. |
7 |
Għaldaqstant, l-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament jipprovdi li: “Ir-reġim sospensiv 1. Dan l-Artikolu għandu japplika bħala deroga mill-Anness IV, il-Kapitolu 5, ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni [tal-2003] u mill-Artikolu 20 u 214 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [...]. 2. Prodotti elenkati fl-Artikolu 4(5), li qabel l-1 ta’ Mejju 2004 kienu f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità ta’ Ħmistax jew fi Stat Membru ġdid u li fl-1 ta’ Mejju 2004 ikunu f’ħażna temporanja jew taħt wieħed mit-trattamenti doganali jew il-proċeduri referuti fl-Artikolu 4(15)(b) u (16)(b) sa (g) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 fil-Komunità mkabbra, jew li huma waqt it-trasport wara li jkunu ġew suġġetti għall-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni fi ħdan il-Komunità mkabbra għandhom ikunu mposti erga omnes id-dazju ta’ l-importazzjoni bir-rata applikabbli fid-data tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa. L-ewwel subparagrafu m’għandux ikun applikabbli għall-prodotti esportati mill-Komunità ta’ Ħmistax jew l-importatur jagħti xhieda li l-ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma tkun intalbet għall-prodotti tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni. Mat-talba ta’ l-esportatur, l-esportatur għandu jirranġa sabiex jakkwista konferma mill-awtorità kompetenti fuq id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma kienetx ġiet mitluba għall-prodotti tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni. [...]” |
8 |
L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1972/2003 jipprovdi li: “L-imposti fuq il-merkanzija f’ċirkolazzjoni ħielsa 1. Mingħajr preġudizzju għal l-Anness IV, tal-Kapitolu 4, ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni [tal-2003], u meta leġislazzjoni aktar stretta ma tkunx applikata fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri l-ġodda għandhom jimponu il-ħlasijiet fuq id-detenturi tal-ħażniet żejda fl-1 ta’ Mejju 2004 fuq il-prodotti f’ċirkolazzjoni ħielsa. 2. Sabiex tkun iddeterminata il-ħażna żejda ta’ kull detentur, l-Istati Membri ġodda għandhom iqisu, partikolarment:
Il-ħażniet żejda kif mistħajla huma applikabbli għal-prodotti importati fl-Istati Membri ġodda jew li joriġinaw minn l-Istati Membri ġodda. Il-ħażniet żejda kif mistħajla huma applikabbli wkoll għall-prodotti intiżi għas-suq tal-Istati Membri ġodda. [...] 3. L-ammont tal-imposti referuti fil-paragrafu 1 għandu jkun iddeterminat bir-rata tad-dazju ta’ l-importazzjoni erga omnes kif applikabbli fl-1 ta’ Mejju 2004. L-introjtu tal-imposti miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali għandu jkun assenjat lejn il-budget nazzjonali tal-Istati Membri ġodda. [...] 5. Dan l-Artikolu għandu jkun applikabbli għal-prodotti koperti b’dawn il-kodiċi NM li ġejjin: [...]
[...] 6. Il-Kummissjoni tista żżid prodotti mal-lista jew tneħħi prodotti mil-lista stabbilita fil-paragrafu 5.” |
9 |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1972/2003: “Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni […]. Dan għandu jkun applikabbli sat-30 April 2007.” |
10 |
Għal dak li jikkonċerna r-Repubblika tal-Polonja, ir-Regolament Nru 735/2004 introduċa, b’mod partikolari, fil-lista msemmija fit-tmien inċiż tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1972/2003, seba’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0202 30 10, 0202 30 50, 0207 14 10, 0207 14 70, 1602 32 11, 2008 30 55 u 2008 30 75. Ir-Regolament Nru 735/2004 emenda biss l-imsemmija lista u mhux il-kliem ta’ dispożizzjonijiet oħrajn tar-Regolament Nru 1972/2003 ikkontestati fil-kawża preżenti. |
Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata
11 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-28 ta’ Ġunju 2004, ir-Repubblika tal-Polonja ippreżentat, skont l-Artikolu 230 KE, rikors għall-annullament tal-Artikolu 3, l-Artikolu 4(3) u t-tmien inċiż tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1972/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 735/2004. |
12 |
Insostenn tar-rikors tagħha, li kien maqsum f’erba’ partijiet, ir-Repubblika tal-Polonja invokat għaxar motivi bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija, tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, fuq il-ksur tal-Artikoli 22 u 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni jew motivazzjoni insuffiċjenti u fuq użu ħażin ta’ poter. |
13 |
Fir-risposta tagħha, il-Kummissjoni sostniet li dan ir-rikors kien ġie ppreżentat wara li skada t-terminu. |
14 |
Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, bħala Awla Estiża, iddikjarat inammissibbli l-parti tal-imsemmi rikors li kienet tikkonċerna r-Regolament Nru 1972/2003. |
15 |
Wara li sostniet li t-terminu ta’ xahrejn tar-rikors, stabbilit fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE kellu jiġi kkalkolat mid-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament Nru 1972/2003 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri mill-11 ta’ Novembru 2003, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, filwaqt li ħadet inkunsiderazzjoni d-diversi termini proċedurali, li t-terminu komplet mogħti għall-preżentata ta’ rikors għal annullament kontra r-Regolament Nru 1972/2003 kien skada fl-4 ta’ Frar 2004 f’nofsillejl. |
16 |
Peress li r-rikors tar-Repubblika tal-Polonja kien ġie ppreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2004, il-Qorti Ġenerali ddikjaratu bħala tardiv għal dak li jikkonċerna l-parti tat-talba għall-annullament tar-Regolament Nru 1972/2003. |
17 |
Min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-parti tar-rikors ippreżentat mir-Repubblika tal-Polonja għal dak li jikkonċerna r-Regolament Nru 735/2004, din tqieset bħala ammissibbli mill-Qorti Ġenerali, sa fejn tista’ tiġi interpretata bħala talba għall-annullament tar-Regolament Nru 735/2004 inkwantu fil-każ ta’ dan l-Istat Membru, dan ir-regolament tal-aħħar jissuġġetta seba’ prodotti addizzjonali għall-istess miżuri bħal dawk inizjalment introdotti mir-Regolament Nru 1972/2003 għal prodotti oħrajn. |
18 |
Madankollu, għal dak li jirrigwarda l-mertu, il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motivi invokati kollha. |
19 |
Konsegwentement, ir-rikors ġie miċħud kollu kemm hu. |
It-talbiet tal-partijiet
20 |
Permezz tal-appell tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata kif ukoll l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(3) u t-tmien inċiż tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1972/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 735/2004. |
21 |
Il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell u tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż. |
Fuq l-appell
Il-kunsiderazzjonijiet preliminari
22 |
Filwaqt li tirrispondi għal kull wieħed mill-aggravji mqajma mir-Repubblika tal-Polonja insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni ssostni, preliminarjament, l-inammissibbiltà ta’ wħud minn dawn l-aggravji, sa fejn huma jibbażaw ruħhom fuq l-istess argumenti bħal dawk imressqa fir-rikors inizjali u sa fejn ma jindikawx b’mod ċar kif is-sentenza tal-Qorti Ġenerali kienet żbaljata. |
23 |
Għandu jitfakkar li skont l-Artikolu 256 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appell għandu jkun limitat għal punti ta’ liġi u għandu jkun ibbażat fuq aggravju ta’ nuqqas ta’ kompetenza tal-Qorti Ġenerali, ta’ ksur tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali li tagħmel ħsara lill-interessi tal-appellant kif ukoll fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti Ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-1 ta’ Ġunju 1994, Il-Kummissjoni vs Brazzelli Lualdi et, C-136/92 P, Ġabra p. I-1981, punt 47). |
24 |
Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali biss għandha l-kompetenza li tikkonstata l-fatti, ħlief fil-każ fejn l-ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet tagħha tirriżulta mid-dokumenti tal-proċess li jkunu ġew ippreżentati quddiemha, u li tevalwa l-provi prodotti. Il-konstatazzjoni ta’ dawn il-fatti u l-evalwazzjoni ta’ dawn il-provi ma humiex, ħlief fil-każ tal-iżnaturament tagħhom, kwistjoni ta’ liġi suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-2 ta’ Ottubru 2001, BEI vs Hautem C-449/99 P, Ġabra I-6733, punt 44; u tal-21 ta’ Settembru 2006, Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrnotechnisch Gebied vs Il-Kummissjoni, C-105/04 P, Ġabra p. I-8725, punti 69 u 70). |
25 |
Barra minn hekk, mill-Artikolu 256 TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-Artikolu 112(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkontestati tas-sentenza li tagħha qed jintalab l-annullament kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-4 ta’ Lulju 2000, Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, C-352/98 P, Ġabra p. I-5291, punt 34; tas-6 ta’ Marzu 2003, Interporc vs Il-Kummissjoni, C-41/00 P, Ġabra p. I-2125, punt 15, u tat-12 ta’ Settembru 2006, Reynolds Tobacco et vs Il-Kummissjoni, C-131/03 P, Ġabra p. I-7795, punt 49). |
26 |
Għaldaqstant, appell li sempliċement jirrepeti jew jirriproduċi kelma b’kelma l-motivi u l-argumenti li jkunu diġà tressqu quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk li kienu bbażati fuq fatti espressament miċħuda minn din il-qorti, ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni li jirriżultaw minn din id-dispożizzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Interporc vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 16). Fil-fatt, appell bħal dan fir-realtà huwa talba sabiex jinkiseb sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali u dan ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Reynolds Tobacco et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50). |
27 |
Madankollu, meta appellant jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun saret mill-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi eżaminati fl-ewwel istanza jistgħu jerġgħu jiġu diskussi mill-ġdid fl-appell (sentenza tat-13 ta’ Lulju 2000, Salzgitter vs Il-Kummissjoni, C-210/98 P, Ġabra p. I-5843, punt 43). Fil-fatt, kieku appellant ma jkunx jista’ jibbaża l-appell tiegħu fuq raġunijiet u argumenti li jkunu diġà ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali, il-proċedura tal-appell titlef parti mis-sens tagħha (sentenza Interporc vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 17). |
28 |
Issa, f’dan il-każ, l-appell huwa essenzjalment intiż sabiex jimmina l-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali fuq diversi kwistjonijiet ta’ liġi li ġew issottomessi lilha fl-ewwel istanza għal dak li jikkonċerna, minn naħa, l-ammissibbiltà tar-rikors ippreżentat mir-Repubblika tal-Polonja b’mod partikolari fid-dawl tal-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u, min-naħa l-oħra, l-legalità ta’ ċerti miżuri tranżitorji fil-qasam agrikolu, b’mod partikolari, fid-dawl tal-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u ta’ diversi prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, sa fejn l-imsemmi appell jinkludi indikazzjonijiet preċiżi dwar il-punti kkritikati tas-sentenza appellata kif ukoll l-aggravji u l-argumenti li jibbaża ruħu fuqhom, dan ma jistax jiġi ddikjarat inammissibbli kollu kemm hu. |
29 |
Huwa fid-dawl tal-kriterji msemmija iktar ’il fuq li għandha tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tal-argumenti speċifiċi mressqa insostenn tad-diversi aggravji. |
Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors tal-ewwel istanza sa fejn kien intiż għall-annullament tar-Regolament Nru 1972/2003
30 |
Ir-Repubblika tal-Polonja tinvoka ħames aggravji insostenn tal-appell tagħha mis-sentenza appellata, sa fejn hija ddikjarat inammissibbli t-talbiet tagħha intiżi għall-annullament tar-Regolament Nru 1972/2003, minħabba li r-rikors tagħha kien ippreżentat tard. Dawn l-aggravji huma bbażati, l-ewwel nett, fuq pubblikazzjoni mhux kompleta tar-Regolament Nru 1972/2003, it-tieni nett, fuq interpretazzjoni żbaljata tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, it-tielet nett, fuq ksur tal-prinċipji li jikkostitwixxu komunità ta’ dritt u tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, ir-raba’ nett, fuq ksur tal-prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ bona fide kif ukoll tar-Regoli tal-Proċedura u l-ħames nett, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni. |
31 |
L-ewwel nett għandu jiġi eżaminat it-tielet aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji li jikkostitwixxu komunità ta’ dritt u tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
Fuq it-tielet aggravju
– L-argumenti tal-partijiet
32 |
Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li billi ddikjarat ir-rikors tagħha għal annullament bħala parzjalment inammissibbli, il-Qorti Ġenerali ċaħdet lill-Istati Membri l-ġodda mid-dritt tagħhom li jissuġġettaw għall-istħarriġ ġudizzjarju, fuq il-bażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 230 KE, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1972/2003, minkejja l-fatt li dan ir-regolament kien indirizzat lilhom fil-kwalità tagħhom ta’ Stati Membri. |
33 |
Filwaqt li tfakkar li l-applikazzjoni stretta tar-regoli Komunitarji dwar it-termini proċedurali tissodisfa r-rekwiżit ta’ ċertezza legali u l-bżonn li tiġi evitata kull diskriminazzjoni jew trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, ir-Repubblika tal-Polonja tqis li tali applikazzjoni ma tistax madankollu tiġġustifika inugwaljanza fil-qasam tal-protezzjoni ġudizzjarja, li tirriżulta mill-fatt li l-Istati Membri l-ġodda ma jistgħux jikkontestaw il-legalità tar-Regolament Nru 1972/2003 fil-kwalità tagħhom ta’ Stati Membri, minkejja li huma partikolarment milquta minn dan ir-regolament. |
34 |
Sabiex issostni l-aggravju tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja, minn naħa, tibbaża ruħha fuq is-sentenza tat-23 ta’ April 1986, Les Verts vs Il-Parlement (294/83, Ġabra p. 1339, punt 23), li minnha joħroġ li l-Komunità Ekonomika Ewropea hija komunità ta’ dritt inkwantu la l-Istati Membri tagħha u lanqas l-istituzzjonijiet tagħha ma jistgħu jevitaw l-istħarriġ tal-konformità tal-atti tagħhom mal-Karta Kostituzzjonali Fundamentali li hija t-Trattat KE. Min-naħa l-oħra, ir-Repubblika tal-Polonja tirreferi għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat-23 ta’ Ottubru 2007, Il-Polonja vs Il-Kunsill (C-273/04, Ġabra p. I-8925, punt 50), sabiex tikkonkludi li l-Qorti Ġenerali kisret b’mod flagranti l-prinċipji li jikkostitwixxu komunità ta’ dritt u l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
35 |
Il-Kummissjoni ssostni li billi ċaħdet bħala inammissibbli rikors ippreżentat tard, il-Qorti Ġenerali la kisret il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u lanqas il-prinċipji li jikkostitwixxu komunità ta’ dritt. Barra minn hekk, bil-kontra tal-allegazzjonijiet tar-Repubblika tal-Polonja, il-fatt li l-istatus ta’ din tal-aħħar evolva minn dak ta’ rikorrenti għal dak ta’ rikorrenti pprivileġġata minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni kif ukoll tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 ma jippermettix li ssir deroga mill-prinċipju li t-termini proċedurali għandhom ikunu suġġetti għal applikazzjoni stretta. |
– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
36 |
Permezz ta’ dan l-aggravju, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tagħha li r-Regolament Nru 1972/2003 kien ġie indirizzat lill-Istati Membri kollha, inkluża r-Repubblika tal-Polonja, b’tali mod li din tal-aħħar kellha tkun awtorizzata tattakkah ukoll fil-kwalità tagħha ta’ rikorrenti skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 230 KE. |
37 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali l-ewwel nett rrilevat, fil-punt 46 tas-sentenza appellata, li għalkemm l-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jipprovdi speċifikament għall-possibbiltà li l-istituzzjonijiet Komunitarji jadottaw ċerti miżuri bejn id-data li fiha jiġi ffirmat dan l-att u d-data tal-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda l-imsemmi att, madankollu, ma jipprovdi għal ebda deroga mis-sistema ta’ stħarriġ tal-legalità tal-atti Komunitarji. |
38 |
Sussegwentement, fil-punt 47 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali fakkret, filwaqt li rreferiet għas-sentenza tal-15 ta’ Jannar 1987, Misset vs Il-Kunsill (152/85, Ġabra p. 223, punt 11), li r-regoli Komunitarji dwar it-termini proċedurali għandhom jiġu applikati b’mod strett. |
39 |
Fl-aħħar nett, fil-punt 48 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali qieset li “jekk l-argument tar-Repubblika tal-Polonja jinftiehem fis-sens li hija tqis li għandha tistenna sakemm takkwista l-kwalità ta’ Stat Membru sabiex tkun tista’ tippreżenta r-rikors tagħha, għandu jiġi enfasizzat li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors previst mill-Artikolu 230 KE huwa ta’ applikazzjoni ġenerali” u li . “[ma] hijiex neċessarja, f’dak li jirrigwarda lir-Repubblika tal-Polonja, il-kwalità ta’ Stat Membru”. Il-Qorti Ġenerali sostniet ukoll li “[d]an it-terminu għall-preżentata ta’ rikors [kien] japplika għaliha f’kull każ bħala persuna ġuridika”. |
40 |
Sabiex tissolva l-kwistjoni dwar jekk ir-Repubblika tal-Polonja setgħetx tattakka, b’mod validu, ir-Regolament Nru 1972/2003 fil-kwalità ta’ rikorrenti skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 230 KE, għandu jitfakkar li l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ Adeżjoni jipprovdi espressament il-possibbiltà għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jadottaw ċerti miżuri qabel l-adeżjoni. |
41 |
Fost dawn il-miżuri jinsab, b’mod partikolari, l-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, li permezz tiegħu l-Kummissjoni hija awtorizzata tadotta d-dispożizzjonijiet tranżitorji kollha li huma neċessarji sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni tas-sistema fis-seħħ fl-Istati Membri l-ġodda għas-sistema li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni. |
42 |
Ir-Regolament Nru 1972/2003 ġie adottat fuq il-bażi ta’ dan l-artikolu u jagħmel parti, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 27 tal-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fil-kawża li waslet għas-sentenza li għandha tingħata llum, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (C-336/09 P), minn atti li l-adozzjoni tagħhom hija kkundizzjonata mill-adeżjoni. |
43 |
Peress li ġie adottat bejn id-data tal-iffirmar tat-Trattat ta’ Adeżjoni kif ukoll tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom, ir-Regolament Nru 1972/2003 huwa distint, għaldaqstant, minn dispożizzjonijiet oħrajn li jaqgħu taħt l-acquis communautaire li kienu diġà fis-seħħ meta ġew iffirmati l-imsemmija Trattat ta’ Adeżjoni u Att ta’ Adeżjoni. |
44 |
Barra minn hekk, minkejja l-fatt li r-Regolament Nru 1972/2003 ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda, huwa paċifiku li l-miżuri stabbiliti minn dan ir-regolament kienu intiżi japplikaw qabel għal dawn l-Istati Membri l-ġodda sa mill-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 10, l-imsemmi regolament beda japplika biss fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni u suġġett għad-dħul fis-seħħ tiegħu. |
45 |
Minn dak li ntqal jirriżulta, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punti 39 u 40 tal-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fis-sentenza li għandha tingħata llum, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, li huwa biss fil-mument tal-adeżjoni tagħhom li l-Istati Membri l-ġodda saru milquta mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1972/2003 fil-kwalità tagħhom ta’ Stati Membri u li hija f’din il-kwalità li dawn kellhom ikunu jistgħu jattakkaw dawn id-dispożizzjonijiet. |
46 |
F’dan il-każ ġara li, minħabba d-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament Nru 1972/2003 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-11 ta’ Novembru 2003, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors ta’ xahrejn, previst fl-Artikolu 230 KE, kien diġà skada qabel mar-Repubblika tal-Polonja kisbet, fil-jum tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni, jiġifieri fl-1 ta’ Mejju 2004, il-kwalità ta’ Stat Membru. |
47 |
Għaldaqstant, kien impossibbli għall-Istati Membri l-ġodda li jippreżentaw fit-terminu mogħti, fil-kwalità ta’ rikorrenti skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 230 KE, rikorsi kontra l-atti adottati abbażi tal-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ Adeżjoni. |
48 |
Issa, għandu jitfakkar li l-Unjoni hija unjoni ta’ dritt fejn l-istituzzjonijiet tagħha huma suġġetti għall-istħarriġ tal-konformità tal-atti tagħhom, b’mod partikolari, mat-Trattat u mal-prinċipji ġenerali tad-dritt (ara s-sentenzi tat-3 ta’ Settembru 2008, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, C-402/05 P u C-415/05 P, Ġabra p. I-6351, punt 281, u tad-29 ta’ Ġunju 2010, E u F, C-550/09, Ġabra p. I-6213, punt 44). |
49 |
Dawn il-prinċipji huma l-bażi stess ta’ din l-unjoni u l-osservanza tagħhom timplika, kif issa jipprovdi espressament l-Artikolu 4(2) TUE, li l-Istati Membri l-ġodda għandhom jiġu ttrattati b’mod ugwali għall-Istati Membri l-qodma. |
50 |
Għaldaqstant, kontra l-atti kollha li, bħal dak li huwa kkontestat f’dan il-każ, huma adottati abbażi tal-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ Adeżjoni u li jolqtuhom fil-kwalità tagħhom ta’ Stati Membri, l-Istati Membri l-ġodda għandhom ikollhom dritt għal azzjoni fil-kwalità ta’ rikorrenti skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 230 KE. |
51 |
Peress li din il-kwalità nkisbet mill-Istati Membri l-ġodda biss fil-jum tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni kif ukoll tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, għandu jingħad li fir-rigward ta’ dawn l-Istati Membri t-terminu għall-preżentata ta’ rikors stabbilit fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE beda jiddekorri biss, għal dak li jirrigwarda l-atti bħal dak inkwistjoni f’dan il-każ, minn din id-data, jiġifieri mill-1 ta’ Mejju 2004 f’dan il-każ. |
52 |
Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet, minkejja l-kuntest partikolari tal-każ preżenti, li l-preżentata tar-rikors prevista fl-Artikolu 230 KE ma kinitx teħtieġ, għal dak li jikkonċerna r-Repubblika tal-Polonja, il-kwalità ta’ Stat Membru u meta minn dan iddeduċiet li r-rikors ippreżentat minn dan l-Istat Membru fit-28 ta’ Ġunju 2004 kontra r-Regolament Nru 1972/2003 kien tardiv u għaldaqstant inammissibbli. |
53 |
Minn dak li ntqal jirriżulta li t-tielet aggravju għandu jitqis bħala fondat. |
54 |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li s-sentenza appellata, sa fejn tiddikjara inammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat mir-Repubblika tal-Polonja bħala li jikkonċerna r-Regolament Nru 1972/2003, hija vvizzjata minn żball ta’ liġi. |
55 |
Madankollu, peress li permezz tal-analiżi tal-motivi fformulati kontra r-Regolament Nru 735/2004, il-Qorti Ġenerali eżaminat ukoll il-motivi fuq il-mertu fformulati kontra r-Regolament Nru 1972/2003, l-iżball ta’ liġi kkonstatat fil-punt preċedenti tas-sentenza preżenti ma jistax iwassal għall-annullament tas-sentenza appellata. |
56 |
Fil-fatt, huwa paċifiku li l-motivi fformulati fir-rikors inizjali kontra r-Regolament Nru 735/2004 kienu identiċi għal dawk ifformulati kontra r-Regolament Nru 1972/2003 u li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali analizzat il-motivi invokati kollha. |
57 |
Għaldaqstant, huwa l-obbligu tal-Qorti tal-Ġustizzja li teżamina, fl-istadju tal-appell, il-motivi li r-Repubblika tal-Polonja invokat kontra l-konstatazzjonijiet relattivi għall-mertu li jinsabu fis-sentenza appellata. |
Fuq is-sentenza appellata sa fejn ċaħdet fuq il-mertu t-talbiet tar-rikors għall-annullament tar-Regolament Nru 735/2004
58 |
L-appell mis-sentenza appellata, sa fejn din tiċħad fuq il-mertu t-talbiet tar-rikors għall-annullament tar-Regolament Nru 735/2004, jinqasam fi tliet partijiet u jinkludi tmien aggravji. |
59 |
L-ewwel waħda minn dawn il-partijiet tirrigwada s-sentenza appellata sa fejn din ċaħdet it-talba għall-annullament tar-Regolament Nru 735/2004 sal-punt fejn dan tal-aħħar jissuġġetta seba’ kategoriji ta’ prodotti li ġejjin mill-Polonja għall-miżura provduta fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1972/2003. F’din il-parti tal-appell, ir-Repubblika tal-Polonja tinvoka żewġ aggravji (l-ewwel u t-tieni aggravju). |
60 |
It-tieni parti tal-appell tirrigwarda s-sentenza appellata sa fejn hija ċaħdet it-talba għall-annullament tal-imsemmi regolament sal-punt fejn dan tal-aħħar iżid seba’ kategoriji ta’ prodotti li ġejjin minn Polonja mal-lista ta’ prodotti li tinsab fit-tmien inċiż tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1972/2003. F’din il-parti tal-appell, ir-Repubblika tal-Polonja tinvoka appell wieħed (it-tielet aggravju). |
61 |
It-tielet parti tal-appell tirrigwarda s-sentenza appellata sa fejn hija ċaħdet it-talba għall-annullament tar-Regolament Nru 735/2004 sal-punt fejn dan tal-aħħar jissuġġetta seba’ kategoriji ta’ prodotti għall-miżura provduta fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003. F’din il-parti tal-appell, ir-Repubblika tal-Polonja tinvoka ħames aggravji (ir-raba’ sat-tmien aggravji). |
Fuq l-ewwel aggravju
– L-argumenti tal-partijiet
62 |
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-ammont tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda previst fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1972/2003 kien xieraq u indispensibbli għat-twettiq tal-objettivi mixtieqa jintlaħqu mill-miżuri tranżitorji kkontestati. |
63 |
Qabel kollox ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li taxxa li tikkorrispondi għad-differenza bejn id-diversi dazji doganali kienet tkun suffiċjenti sabiex l-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 1972/2003 jintlaħaq. L-ammont tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda previst fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1972/2003 jaqbeż il-limitu ddefinit mill-Avukat Ġenerali Mischo fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-15 ta’ Jannar 2002, Weidacher (C-179/00, Ġabra p. I-501), li minnu jirriżulta li l-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa osservat meta t-taxxa tinnewtralizza l-vantaġġi spekulattivi u tpoġġi lid-detentur ta’ ħażniet żejda f’sitwazzjoni ugwali għal dik tal-operaturi l-oħrajn. Issa, f’dan il-każ, it-taxxa għandha element addizzjonali ta’ sanzjoni u għandha l-effett li tpoġġi lil dan id-detentur f’pożizzjoni kompetittiva sfavorevoli meta mqabbla ma’ dik tal-operaturi tal-Istati Membri l-qodma. Skont ir-Repubblika tal-Polonja, il-Qorti Ġenerali emendat, mingħajr ebda ġustifikazzjoni, il-kriterju sostnut mis-sentenza Weidacher, iċċitata iktar ’il fuq, għal dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
64 |
Sussegwentement, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-ammont tat-taxxa previst fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1972/2003 ma setax, fid-dawl tad-data ta’ meta ġie introdott, għal dak li jikkonċerna l-prodotti miżjuda mir-Regolament Nru 735/2004, jiġifieri ħdax-il jum qabel l-adeżjoni mal-Unjoni, jikkontribwixxi sabiex l-għanijiet ta’ prevenzjoni jintlaħqu. Hija tenfasizza li, fir-rigward tal-ammont tat-taxxa kkontestata, il-Qorti Ġenerali ressqet bħala ġustifikazzjoni prinċipali l-ħtieġa ta’ prevenzjoni u ta’ dissważjoni tal-kostituzzjoni tal-ħażniet żejda mill-produzzjoni nazzjonali. Issa, fid-dawl tad-data ta’ adozzjoni tar-Regolament Nru 735/2004 u minħabba ċ-ċiklu twil ta’ produzzjoni agrikola, il-ħtieġa ta’ prevenzjoni u ta’ dissważjoni tal-kostituzzjoni ta’ ħażna żejda ma setgħetx tiġġustifika l-ammont tal-imsemmija taxxa. Fi kwalunkwe każ, skont ir-Repubblika tal-Polonja, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali ma huwiex loġiku, fis-sens li l-għanijiet ta’ prevenzjoni u ta’ dissważjoni ma jistgħux jintlaħqu ħlief fil-futur u ma japplikawx għal ħażniet diġà prodotti u kkostitwiti. |
65 |
Fl-aħħar nett, ir-Repubblika tal-Polonja tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ma kkonstatatx in-nuqqas evidenti ta’ rabta bejn l-ammont tat-taxxa fuq il-ħażna żejda, previst fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1972/2003 u l-għanijiet imfittxija minn dan ir-regolament. Fil-fatt, anki jekk jiġi preżunt li din it-taxxa jista’ jkollha natura dissważiva, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li ma teżisti l-ebda rabta bejn l-ammont tal-imsemmija taxxa u r-riskju ta’ spekulazzjoni. Dan tal-aħħar jikkorrispondi, fir-rigward ta’ prodotti importati mill-Polonja qabel l-adeżjoni, mhux għad-dazju fuq l-importazzjoni Komunitarju, iżda għad-differenzi bejn id-dazji fuq l-importazzjoni Komunitarji u d-dazji fuq l-importazzjoni Pollakki. Ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza li kien preċiżament dan l-approċċ li ttieħed matul it-tkabbir sussegwenti tal-Unjoni għar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. Barra minn hekk, fir-rigward tal-produzzjoni nazzjonali, il-profitt spekulattiv jikkorrispondi, bil-kontra ta’ dak li sostniet il-Qorti Ġenerali fil-punt 115 tas-sentenza appellata, għad-differenza bejn id-dazju fuq l-importazzjoni Komunitarju u l-ispejjeż tal-produzzjoni nazzjonali addizzjonali, liema spejjeż jistgħu jvarjaw b’mod sinjifikattiv skont il-prodott. |
66 |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ewwel aggravju huwa inammissibbli billi ssostni li r-Repubblika tal-Polonja essenzjalment sempliċement tirrepeti dak li kienet diġà invokat fl-ewwel istanza. |
67 |
Sussidjarjament, fir-rigward tal-ammont massimu tat-taxxa inkwistjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali ġustament enfasizzat li fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Weidacher, iċċitata iktar ’il fuq, l-Avukat Ġenerali Mischo sempliċement analizza miżuri introdotti bil-prospett ta’ tkabbir tal-Unjoni li seħħ fl-1995 u li din is-sentenza ma tiffissa l-ebda limitu għall-ammont tat-taxxxi fuq il-ħażniet żejda għal dak li jikkonċerna l-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
68 |
Fir-rigward tad-data ta’ meta ġiet stabbilita din it-taxxa, il-Kummissjoni tqis, wara li fakkret li l-possibbiltà li l-lista ta’ prodotti titkabbar minħabba l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq hija espressament prevista mir-Regolament Nru 1972/2003, li l-prodotti koperti mir-Regolament Nru 735/2004 ġew miżjuda fit-termini previsti. |
69 |
Fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-ammont tal-imsemmija taxxa u r-riskju spekulattiv, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ġustament sostniet li n-newtralizzazzjoni tal-qligħ spekulattiv ma kienx l-uniku għan imfittex mir-regolamenti inkwistjoni u li taxxa li tikkorrispondi għad-differenza bejn id-dazji doganali Komunitarji u dawk fis-seħħ fil-Polonja ma kienx ikollha l-effett dissważiv fuq il-kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda li ġejjin mill-produzzjoni nazzjonali. |
– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
70 |
Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li, bil-kontra ta’ dak li jidher sostnut mill-Kummissjoni, l-ewwel aggravju fuq il-mertu mressaq mir-Repubblika tal-Polonja ma jirriproduċix sempliċement l-argumenti ppreżentati fl-ewwel istanza. Bil-kontra, ir-Repubblika tal-Polonja tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-kundizzjonijiet li taħthom il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
71 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u hekk kif il-Qorti Ġenerali ġustament irrilevat fil-punt 106 tas-sentenza appellata, meta teżerċita l-kompetenzi li l-Kunsill, jew l-awturi tal-Att ta’ Adeżjoni, jagħtuha fis-settur tal-politika agrikola komuni għall-eżekuzzjoni ta’ regoli li huwa jistabbilixxi, il-Kummissjoni tista’ tuża setgħa diskrezzjonali wiesgħa, b’tali mod li hija biss in-natura manifestament inadegwata ta’ miżura stabbilita f’dan is-settur, meta mqabbla mal-għan li tkun tixtieq tilħaq l-istituzzjoni kompetenti, li tista’ taffettwa l-legalità ta’ tali miżura (ara s-sentenza Weidacher, iċċitata iktar ’il fuq, punt 26, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
72 |
Minn dan jirriżulta li, għal dak li jikkonċerna l-analiżi tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-Qorti Ġenerali għandha tivverifika biss jekk id-determinazzjoni tal-ammont tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda previst fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1972/2003, jiġifieri d-dazju fuq l-importazzjoni erga omnes applikabbli fl-1 ta’ Mejju 2004, jeċċedix b’mod manifest dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tilħaq. |
73 |
Għal dak li jikkonċerna, l-ewwel nett, l-argument imressaq mir-Repubblika tal-Polonja u li jirrigwarda l-ammont massimu tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda, ibbażat fuq is-sentenza Weidacher, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej:
|
74 |
Il-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi meta fil-punt 110 tas-sentenza appellata kkonkludiet li s-soluzzjoni li waslet għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Weidacher, iċċitata iktar ’il fuq, ma tistax tiġġudika minn qabel il-kwistjoni dwar jekk taxxa ta’ ammont ogħla setgħet titqies ukoll bħala proporzjonata meta mqabbla mal-għan imfittex. |
75 |
Fil-fatt, wara li fil-punt 109 ta’ din is-sentenza hija fakkret li l-introduzzjoni tat-taxxa li tikkorrispondi għad-differenza bejn id-dazji doganali Komunitarji u dawk fis-seħħ fl-Istati Membri l-ġodda, inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza Weidacher, iċċitata iktar ’il fuq, kellha l-għan li tipprevjeni l-ispekulazzjoni li tirriżulta mill-kummerċ tal-prodotti inkwistjoni mħaddna mill-operaturi tal-Istati Membri l-ġodda, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat, fil-punt 111 tas-sentenza appellata, li l-għan imfittex mir-Regolament Nru 1972/2003 ma kienx biss il-prevenzjoni tal-kostituzzjoni ta’ ħażniet ta’ prodotti għall-finijiet spekulattivi li ġejjin mill-kummerċ, iżda l-prevenzjoni tal-kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda fihom innifishom, fir-rigward mhux biss ta’ prodotti mċaqalqa artifiċjalment iżda wkoll ta’ dawk li ġejjin mill-produzzjoni nazzjonali. |
76 |
Il-Qorti Ġenerali sostniet ukoll li l-ammont tat-taxxa kkontestata huwa koerenti mal-kunċett li l-awturi tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 kellhom ħażniet żejda, peress li l-Kapitolu 4 tal-Anness IV tal-imsemmi att jidentifika l-eżistenza ta’ tali ħażniet li jirriżultaw mill-produzzjoni nazzjonali fl-Istati Membri l-ġodda bħala fattur li jfixkel lill-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli. |
77 |
Sa fejn ir-Repubblika tal-Polonja tallega li l-Qorti Ġenerali biddlet mingħajr ebda raġuni l-kriterju applikat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Weidacher, iċċitata iktar ’il fuq, filwaqt li fil-punti 109 sa 112 tas-sentenza appellata din esponiet fid-dettall kif l-għan imfittex mir-Regolament Nru 1972/2003 huwa differenti minn dak imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza Weidacher, iċċitata iktar ’il fuq, din l-allegazzjoni għandha tiġi miċħuda bħala infondata. |
78 |
Għal dak li jikkonċerna, it-tieni nett, l-argument tar-Repubblika tal-Polonja li jsostni li l-kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda li ġejjin mill-produzzjoni nazzjonali ma kinitx possibbli minħabba ċ-ċiklu twil tal-produzzjoni fil-qasam agrikolu, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej:
|
79 |
Minn dak li ntqal jirriżulta, b’mod partikolari mill-kliem “mingħajr mhuwa meħtieġ li tingħata deċiżjoni dwar il-fondatezza ta’ din l-affermazzjoni tal-aħħar” użati fil-bidu tal-ewwel sentenza tal-punt 118 tas-sentenza appellata, li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-argument tar-Repubblika tal-Polonja bbażat fuq it-tul taċ-ċiklu tal-produzzjoni fil-qasam agrikolu, kien irrilevanti peress li din ma kienet ipproduċiet l-ebda prova tali li turi li ma setgħux jiġu kkostitwiti ħażniet żejda qabel l-adozzjoni tar-Regolmaent Nru 735/2004. |
80 |
Issa, għandu jiġi rrilevat li, fil-kuntest tal-appell preżenti, ir-Repubblika tal-Polonja ma għandhiex l-intenzjoni li timmina r-raġunament ibbażat fuq in-nuqqas ta’ provi, li wassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tiċħad l-imsemmi argument, iżda sempliċement ittenni l-istess argument, b’tali mod li l-aggravju preżenti għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli għar-raġunijiet esposti fil-punt 26 tas-sentenza preżenti. |
81 |
Fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali spjegat fid-dettall, fil-punti 118 u 119 tas-sentenza appellata, b’liema mod il-produtturi tal-Istati Membri l-ġodda setgħu, matul is-sena agrikola ta’ qabel it-tkabbir jew anki qabel dan iż-żmien, jillimitaw il-bejgħ tagħhom sabiex jikkostitwixxu riżervi ta’ prodotti jew iżidu l-kapaċità tagħhom ta’ produzzjoni ta’ ċerti prodotti sabiex jikkostitwixxu ħażniet fil-ħsieb tal-adeżjoni mal-Unjoni. |
82 |
F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali jinkludi kontradizzjoni inkwantu l-għan ta’ prevenzjoni u ta’ dissważjoni ma jistax jintlaħaq fir-rigward ta’ ħażniet żejda diġà kkostitwiti. |
83 |
Issa, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-eżami mwettaq mill-Qorti Ġenerali fil-punti 118 u 119 tas-sentenza appellata jaqa’ taħt l-evalwazzjoni tal-fatti li, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 23 u 24 tas-sentenza preżenti, ma tikkostitwixxix, ħlief fil-każ taż-żnaturament tal-fatti jew ta’ provi prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali, kwistjoni ta’ liġi suġġetta, bħala tali, għal stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
84 |
Peress li r-Repubblika tal-Polonja ma tallegax li seħħ tali żnaturament, dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
85 |
Għal dak li jikkonċerna, it-tielet nett, l-argument tar-Repubblika tal-Polonja bbażat fuq in-nuqqas ta’ rabta bejn l-ammont tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda u r-riskju ta’ spekulazzjoni, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej:
|
86 |
Fir-rigward tal-kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda mill-importazzjoni, għandu qabel kollox jiġi miċħud l-argument tar-Repubblika tal-Polonja bbażat fuq in-nuqqas ta’ rabta bejn l-ammont tat-taxxa fuq dawn il-ħażniet u l-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 1927/2003 kif ukoll il-paralelliżmu magħmul f’dan ir-rigward mat-tkabbir li seħħ fl-2007. |
87 |
Fil-fatt, mill-punt 114 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet, għal dak li jikkonċerna l-għan intiż għall-prevenzjoni tal-kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda mill-importazzjoni, l-utilità ta’ taxxa li l-ammont tagħha huwa ddeterminat abbażi tad-differenza bejn id-dazji fuq l-importazzjoni Pollakki u d-dazji fuq l-importazzjoni Komunitarji. |
88 |
Madankollu, fir-rigward tal-kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda li joriġinaw mill-produzzjoni nazzjonali, hija qieset li l-utilità ta’ tali taxxa ma kienet xejn ċara. |
89 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-Repubblika tal-Polonja ammettiet hija stess quddiem il-Qorti Ġenerali, hekk kif jirriżulta mill-punt 115 tas-sentenza appellata, li l-iffissar tal-ammont tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda abbażi ta’ dazju li jikkorrispondi għad-differenza bejn id-dazji doganali Komunitarji u d-dazji doganali Pollaki ma għandu ebda effett dissważiv fuq il-kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda li joriġinaw mill-produzzjoni nazzjonali. |
90 |
Issa, billi fil-kuntest tal-appell preżenti hija targumenta favur l-introduzzjoni ta’ taxxa li l-ammont tagħha huwa ddeterminat abbażi tad-differenza bejn id-dazju fuq l-importazzjoni Komunitarju u l-ispejjeż varjabbli tal-produzzjoni nazzjonali, ir-Repubblika tal-Polonja mhux biss tikkontradixxi l-pożizzjoni li hija adottat fl-ewwel istanza, iżda lanqas ma tindika kif il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-introduzzjoni ta’ taxxa li l-ammont tagħha huwa ddeterminat abbażi tad-dazju fuq l-importazzjoni erga omnes applikabbli fl-1 ta’ Mejju 2004 ma tidhirx bħala li teċċedi b’mod manifest dak li huwa neċessarju għall-prevenzjoni tal-kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda li joriġinaw mill-produzzjoni nazzjonali. |
91 |
L-argument tar-Repubblika tal-Polonja għandu għaldaqstant jiġi miċħud bħala infondat. |
92 |
Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat. |
Fuq it-tieni aggravju
– L-argumenti tal-partijiet
93 |
Permezz tat-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li t-taxxa introdotta fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1972/2003 kienet iffissata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi ta’ divrenzjar. |
94 |
Għalkemm ir-Repubblika tal-Polonja tammetti, hekk kif tirrileva l-Qorti Ġenerali, li s-sitwazzjoni tal-agrikoltura fl-Istati Membri l-ġodda kienet differenti ħafna minn dik eżistenti fl-Istati Membri l-qodma, hija madankollu tqis li tali affermazzjoni ġenerali ma tistax tkun biżżejjed sabiex il-Kummissjoni tiġi eżentata mill-obbligu li tadotta miżuri konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Fil-punt 129 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali sempliċement ikkonfermat il-possibbiltà, li ma hijiex ikkontestata mir-Repubblika tal-Polonja, li l-ħażna żejda tiġi ntaxxata minnflok jiġi eżaminat fuq il-mertu l-aggravju tal-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għal dak li jikkonċerna l-ammont tat-taxxi fuq il-ħażniet żejda. |
95 |
Skont ir-Repubblika tal-Polonja, il-konstatazzjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali fil-punt 134 tas-sentenza appellata hija wkoll żbaljata, sa fejn il-fatturi indikati mill-Kummissjoni kellhom ikollhom impatt mhux biss fuq il-lista tal-prodotti suġġetti għat-taxxi fuq il-ħażniet żejda, iżda wkoll fuq l-ammont tagħhom. |
96 |
Il-Kummissjoni tqis li l-aggravju bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ma huwiex ifformulat b’mod ċar, sa fejn ir-Repubblika tal-Polonja tidher li qed tfixkel il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fehma tagħha, dan l-aggravju huwa, fi kwalunkwe każ, infondat. |
– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
97 |
Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li l-formulazzjoni tat-tieni aggravju ma tippermettix li jiġi ddeterminat jekk ir-Repubblika tal-Polonja tridx tikkritika l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni jew l-analiżi mwettqa f’dan ir-rigward mill-Qorti Ġenerali. |
98 |
Sa fejn permezz ta’ dan l-appell, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument ma jistax jitqajjem quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja peress li huwa riproduzzjoni tal-argumenti invokati diġà insostenn tat-tieni motiv tat-tieni parti tar-rikors imressaq quddiem il-Qorti Ġenerali u li dan l-Istat Membru fir-realtà qiegħed jipprova jikseb eżami mill-ġdid tar-rikors tiegħu mill-Qorti tal-Ġustizzja. Skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 26 tas-sentenza preżenti, tali argument huwa inammissibbli. |
99 |
Fir-rigward tal-argument tar-Repubblika tal-Polonja li jsostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli tanalizza fid-dettall l-argument ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għal dak li jikkonċerna l-ammont tat-taxxi inkwistjoni, għandu jitfakkar li s-silta kkritikata tas-sentenza appellata tinsab fil-parti tar-raġunament li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ħadet pożizzjoni fuq l-allegata diskriminazzjoni li tirriżulta mid-differenza fit-trattament li teżisti bejn l-operaturi Pollakki u l-operaturi stabbiliti fil-Komunità qabel l-1 ta’ Mejju 2004. |
100 |
Fl-imsemmija parti tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej:
|
101 |
Għaldaqstant, billi rreferiet b’mod partikolari għall-konstatazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà għamlet f’dan ir-rigward, fil-punt 87 tas-sentenza Il-Polonja vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali spjegat ir-raġunijiet għaliex is-sitwazzjoni tal-operaturi tal-Istati Membri l-ġodda kellha tiġi kkunsidrata bħala fundamentalment differenti minn dik li kienu jinsabu fiha l-operaturi tal-Istati Membri l-qodma. Peress li dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet ma kinux paragunabbli, l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq il-ħażniet żejda fil-konfront tal-operaturi tal-Istati Membri l-ġodda biss ma kinitx, għaldaqstant, tikkostitwixxi diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità. |
102 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argument tar-Repubblika tal-Polonja li jsostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għal dak li jikkonċerna l-ammont tat-taxxi kkontestati għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
103 |
Fil-fatt, peress li l-operaturi tal-Istati Membri l-ġodda kienu suġġetti għal taxxi fuq il-ħażniet żejda filwaqt li dawk tal-Istati Membri l-qodma ma kinux, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma wettqetx paragun tal-ammonti tal-imsemmija taxxi. |
104 |
Fir-rigward tal-argument tar-Repubblika tal-Polonja mqajjem kontra l-punt 134 tas-sentenza appellata, għandu jitfakkar li dan il-punt jinsab fil-parti tar-raġunament li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ħadet pożizzjoni fuq l-allegata differenza fit-trattament li għalih kienet suġġetta r-Repubblika tal-Polonja meta mqabbla mal-Istati li aderixxew mal-Unjoni fl-1995. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej:
|
105 |
Għaldaqstant, billi kklassifikat bħala “żbaljat” il-punt 134 tas-sentenza appellata, ir-Repubblika tal-Polonja fir-realita ma tagħmilx ħlief tirripproduċi l-argument li hija kienet diġà invokat quddiem il-Qorti Ġenerali, mingħajr ma tieħdu ebda pożizzjoni fuq il-motivazzjoni ta’ din tal-aħħar, b’tali mod li dan l-argument għandu jiġi miċħud, għar-raġunijiet esposti fil-punt 26 tas-sentenza preżenti, bħala inammissibbli. |
106 |
Minn dak li ntqal jirriżulta li t-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat. |
Fuq it-tielet motiv
– L-argumenti tal-partijiet
107 |
Permezz tat-tielet aggravju, bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li sabiex jiġu milħuqa l-għanijiet imfittxija mill-miżuri msemmija fir-Regolament Nru 1972/2003 kien indispensabbli li jiġu suġġetti għat-taxxa prevista fl-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament il-prodotti li għalihom id-dazji fuq l-importazzjoni applikabbli fil-Polonja qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru mal-Unjoni kienu ogħla jew daqs id-dazji fuq l-importazzjoni applikabbli fil-Komunità. |
108 |
Il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta, fil-punt 158 tas-sentenza appellata, talbet lir-Repubblika tal-Polonja tipprovdi raġuni rilevanti li tippermetti l jiġi konkluż li l-kawża prinċipali tal-ħażna spekulattiva tal-prodotti agrikoli kienet eventwali differenza bejn id-dazji fuq l-importazzjoni tal-Komunità ta’ Ħmistax u dawk tal-Istati Membri l-ġodda. Skont ir-Repubblika tal-Polonja, il-fatt li r-riskju ta’ spekulazzjoni jiddependi fuq il-profitt spekulattiv mixtieq u li dan tal-aħħar jikkorrispondi għad-differenza bejn id-dazji fuq l-imporatazzjoni jikkostitwixxi verità ekonomika mhux ikkontestata li ma tirrikjedi ebda prova partikolari. |
109 |
Filwaqt li tibbaża ruħha fuq il-fatt li r-Regolament Nru 735/2004 ġie adottat ħdax-il jum qabel id-data tal-adeżjoni mal-Unjoni, ir-Repubblika tal-Polonja tikkontesta wkoll il-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti Ġenerali fil-punt 159 tas-sentenza appellata, li l-għan ta’ prevenzjoni tal-kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda li ġejjin mill-produzzjoni nazzjonali ma kienx jintlaħaq kompletament kieku t-tmien inċiż tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1972/2003 kien sempliċement jissuġġetta għat-taxxa kkontestata l-prodotti li għalihom id-dazji fuq l-importazzjoni Pollaki kienu inqas mid-dazji fuq l-importazzjoni Komunitarji. |
110 |
Skont il-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja ma tagħmilx ħlief tirrepeti l-argumenti li hija invokat fl-ewwel istanza u ma tipprovdi l-ebda eżempju ta’ prodott li għalih id-dazji applikati fl-Istati Membri l-ġodda kienu ogħla mid-dazji Komunitarji. Il-Kummissjoni ssosnti li taf bi prodott wieħed biss, jiġifieri ċ-ċereali, li madankollu ma jinsabux fil-lista ta’ prodotti li jinsabu fit-tmien inċiż tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1972/2003. |
– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
111 |
Permezz tat-tielet aggravju, ir-Repubblika tal-Polonja tixtieq tikkritika , b’mod iktar partikolari, ir-risposta mogħtija mill-Qorti Ġenerali għat-tielet argument tagħha, dwar il-legalità tal-emenda fil-lista ta’ prodotti msemmija fit-tmien inċiż tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1972/2003. Ir-Repubblika tal-Polonja kienet sostniet li għalkemm il-ħażna ta’ prodotti agrikoli għal finijiet spekulattivi kienet tispjega ruħha permezz tad-differenza eżistenti bejn id-dazji doganali applikabbli fil-Komunità ta’ Ħmistax u dawk fis-seħħ fl-Istati Membri l-ġodda, l-istess ma japplikax għal dak li jikkonċerna l-prodotti li d-dazji fuq l-importazzjoni għalihom fis-seħħ fil-polonja fit-30 ta’ April 2004 kienu ogħla mid-dazji fuq l-importazzjoni Komunitarji. |
112 |
Fil-punti 158 u 159 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej:
|
113 |
Permezz tal-argument tagħha dwar il-punt 158 tas-sentenza appellata, ir-Repubblika tal-Polonja sempliċement tafferma li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta talbet spjegazzjoni tal-kawża tal-ħażna spekulattiva ta’ prodotti agrikoli, mingħajr ma indikat kif din il-qorti kisret l-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jew il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Għaldaqstant, hija tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel eżami mill-ġdid tal-argument li kien diġà invokat insostenn tal-uniku motiv tat-tielet parti tar-rikors tagħha ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali. Issa, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 26 tas-sentenza preżenti, l-argument ippreżentat b’dan il-mod quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja huwa inammissibbli. |
114 |
Fir-rigward tal-argument dwar il-punt 159 tas-sentenza appellata, għandu jiġi rrilevat, kif jirriżulta b’mod ċar mill-użu tal-kelmiet introduttivi “[f]’kull każ, anki li kieku din l-affermazzjoni kienet korretta”, li dan il-punt jikkostitwixxi motiv mogħti għal finijiet ta’ kompletezza fi ħdan ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali. |
115 |
Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, l-ilmenti ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali intiżi kontra motivi li saru biss għall-finijiet ta’ kompletezza ma jistgħux iwasslu għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni u għaldaqstant huma ineffettivi (sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2005, Dansk Rørindustri et vs Il-Kummissjoni, C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425, punt 148). |
116 |
Peress li l-argument ifformulat mir-Repubblika tal-Polonja ma huwiex tali li jimmina s-soluzzjoni li waslet għaliha l-Qorti Ġenerali fil-punt 158 tas-sentenza appellata, hemm lok li jiġi miċħud bħala ineffettiv. |
117 |
Minn dak li ntqal jirriżulta li t-tielet aggravju għandu jiġi miċħud. |
Fuq ir-raba’ aggravju
– L-argumenti tal-partijiet
118 |
Permezz tar-raba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt Komunitarju u fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003, ir-Repubblika tal-Polonja lmentat li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-imsemmi Artikolu 3 kien indispensabbli sabiex jinżamm l-effett utli tal-Artikolu 4 tal-istess regolament u li seta’ jiġi adottat abbażi tal-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 bħala deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar. |
119 |
Preliminarjament, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-affermazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tinsab fil-punt 194 tas-sentenza appellata, li l-kompetenza tal-Kummissjoni biss hija kkontestata u mhux il-modalitajiet jew in-natura proporzjonata tat-taxxa kkontestatat, hija manifestament kuntrarja għall-kontenut reali tal-motiv ippreżentat fl-ewwel istanza, sa fejn permezz ta’ dan il-motiv hija qajmet mhux biss in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, iżda wkoll il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u għaldaqstant, b’mod impliċitu, il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Għalkemm ir-Repubblika tal-Polonja tammetti li l-Qorti Ġenerali analizzat, fil-punti 189 sa 193 ta’ din is-sentenza, il-kundizzjoni dwar il-ħtieġa tal-miżuri kkontestati previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003, hija madankollu tqis li għamlet dan b’mod żbaljat. F’dan ir-rigward, hija tqajjem żewġ argumenti. |
120 |
Fl-ewwel lok, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li, minkejja l-kompetenzi wiesgħa li għandha l-Kummissjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni, għandha dejjem teżisti relazzjoni loġika bejn il-miżuri adottati u l-għanijiet imfittxija minnhom. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tirrispondi għall-argument tar-Repubblika tal-Polonja li jgħid li, billi jiġu suġġetti għad-dazji doganali previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 kull kwantità ta’ prodotti agrikoli msemmija f’din id-dispożizzjoni u mhux biss il-kwantitajiet żejda ta’ dawn il-prodotti, l-operaturi li li joperaw l-attivitajiet tagħhom fis-suq b’mod onest jiġu kollha ppenalizzati mingħajr ebda raġuni. Ir-Repubblika tal-Polonja tqis li l-Qorti Ġenerali kellha tikkonstata, fil-punt 191 tas-sentenza appellata, li tnaqqis artifiċjali ta’ ħażniet żejda f’ċirkulazzjoni libera kien jirriżulta f’żieda artifiċjali tal-ħażniet żejda suġġetti għas-sistema ta’ sospensjoni u li kien ikun biżżejjed li dawn il-ħażniet miżjuda b’mod artifiċjali jiġu suġġetti għad-dazji previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003. |
121 |
Fit-tieni lok, ir-Repubblika tal-Polonja tikkritika l-punt 186 tas-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ġerarkija tar-regoli, li jistabbilixxi distinzjoni bejn leġiżlazzjoni ta’ bażi u leġiżlazzjoni ta’ implementazzjoni u, a fortiori, bejn l-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u leġiżlazzjoni li timplementa dan l-att. Skont ir-Repubblika tal-Polonja, għalkemm l-Artikolu 41 ta’ dan l-Att ta’ Adeżjoni jawtorizza lill-Kummissjoni tadotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni, din l-istituzzjoni ma tistax madankollu temenda l-kontenut tal-imsemmi Att ta’ Adeżjoni. Peress li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1972/2003 jipprovdi b’mod espliċitu li l-miżura li tinsab fih tapplika b’deroga mill-Kapitolu 5 tal-Anness IV tal-istess Att ta’ Adeżjoni, il-Qorti Ġenerali kien messha ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx awtorizzata tistabbilixxi tali derogi. |
122 |
Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali ġustament irrikonoxxiet ir-rabta loġika eżistenti bejn il-miżura implementata fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 u l-għan imfittex minn din tal-aħħar. Il-Kummissjoni tfakkar li kien ikun teknikament impossibbli li jiġi stabbilit minn qabel liema kwantitajiet ta’ prodotti kienu jikkostitwixxu kwantitajiet “żejda” u, konsegwentement, liema kwantitajiet ta’ prodotti suġġetti għas-sistema ta’ sospensjoni kienu jikkostitwixxu kwantitajiet “spekulattivi”. Fir-rigward tal-allegat ksur tal-ġerarkija tar-regoli, il-Kummissjoni ssostni li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali ma huwa vvizzjat b’ebda żball f’dan ir-rigward. |
– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
123 |
Permezz tar-raba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt Komunitarju u fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003, ir-Repubblika tal-Polonja tirreferi b’mod iktar partikolari għall-punti 186 sa 193 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej: “186 Huwa minnu li l-Kummissjoni ma tistax temenda t-termini tal-Att ta’ Adeżjoni [tal-2003] barra mill-qafas ta’ regoli stabbilit f’dan ir-rigward mit-Trattat u mill-Att ta’ Adeżjoni [tal-2003]. Madankollu, kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni, xorta jibqa’ l-fatt li l-Artikolu 41 tal-imsemmi att jawtorizzaha sabiex tadotta kull miżura neċessarja sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mis-sistema fis-seħħ fl-Istati Membri l-ġodda għas-sistema li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni. 187 Għandu jitfakkar ukoll li, kif jirriżulta mill-iżvillupi esposti iktar ’il fuq fis-sentenza preżenti, is-sistema ta’ taxxa tal-ħażniet żejda tal-prodotti f’ċirkulazzjoni ħielsa fl-1 ta’ Mejju 2004 li jkunu jinsabu fl-Istati Membri l-ġodda, prevista mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1972/2003, li tinkludi b’mod partikolari l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq il-ħażniet żejda miżmuma mill-operaturi individwali, hija waħda mill-miżuri tranżitorji li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni [tal-2003]. 188 Konsegwentement, anki l-miżuri neċessarji sabiex jiġi protett l-effett utli ta’ din is-sistema ta’ taxxa għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni tal-aħħar, peress li, jekk dan ma jkunx il-każ, ma jintlaħqux l-għanijiet segwiti mis-sistema inkwistjoni fis-suq Komunitarju, li huma neċessarji sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mis-sistema fis-seħħ fl-Istati Membri l-ġodda għas-sistema li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni. 189 Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk [...] il-fatt li l-prodotti suġġetti għal sistema ta’ sospensjoni jew li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati fil-Komunità estiża wara li kienu s-suġġett tal-formalitajiet ta’ esportazzjoni, jiġu suġġetti għad-dazju fuq l-importazzjoni erga omnes applikabbli fil-ġurnata li tqiegħdu f’ċirkulazzjoni ħielsa, skont it-termini tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003, huwiex indispensabbli sabiex jiġi żgurat l-effett utli tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament. 190 Għandu jitfakkar f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni għandha kompetenzi wiesgħa fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri dwar il-politika agrikola komuni (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1989, Schräder HS Kraftfutter, 265/87, Ġabra p. 2237, punt 22, u tal-11 ta’ Settembru 2003, L-Awstrija vs Il-Kunsill, C-445/00, Ġabra p. I-8549, punt 81). Għaldaqstant, l-illegalità tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 ma tistax tiġi stabbilita ħlief jekk jiġi konkluż li l-miżura prevista minn din id-dispożizzjoni hija manifestament mhux neċessarja sabiex jiġi ppreżervat l-effett utli tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament. 191 Kif tirrileva l-Kummissjoni, fin-nuqqas tal-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003, l-operaturi stabbiliti fl-Istati Membri l-ġodda jistgħu jnaqqsu b’mod artifiċjali l-ħażniet żejda tagħhom tal-prodotti inkwistjoni u jissuġġettawhom għas-sistema ta’ sospensjoni f’wieħed jew f’diversi Stati Membri antiki jew ġodda qabel l-1 ta’ Mejju 2004. Billi jagħmlu dan, l-imsemmija operaturi ma jkunux obbligati jħallsu t-taxxa prevista mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1972/2003 fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom, sa fejn hemmhekk huma ma jkunux fil-pussess ta’ ħażniet żejda fl-1 ta’ Mejju 2004. 192 Il-prodotti mqiegħda taħt sistema ta’ sospensjoni jibqgħu, madankollu, għad-dispożizzjoni tagħhom fi Stati Membri oħra u l-operaturi kkonċernati jkunu jistgħu jqegħduhom f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità estiża wara l-1 ta’ Mejju 2004 mingħajr ma jkollhom iħallsu t-taxxa kkontestata, u dan jagħmel inutli l-kontenut tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1972/2003. 193 Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż li miżuri bħal dawk previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 huma neċessarji sabiex jippreżervaw l-effett utli tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament.” |
124 |
Hekk kif fakkret il-Qorti Ġenerali, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jagħti lill-Kummissjoni setgħa li tadotta, matul perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni tas-sistema fis-seħħ fl-Istati Membri l-ġodda għas-sistema li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni fil-kundizzjonijiet indikati f’dan l-att ta’ adeżjoni. |
125 |
Fir-rigward ta’ regoli applikabbli għall-orgnizzazzjoni komuni tas-swieq, il-punti 1 sa 4 tal-Kapitolu 4 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jiffissaw bħala għanijiet il-prevenzjoni ta’ kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda kif ukoll l-eliminazzjoni tagħhom. |
126 |
Permezz tas-setgħa prevista fl-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, il-Kummissjoni hija għaldaqstant awtorizzata tieħu, b’mod tranżitorju, miżuri partikolari, anki derogi jekk ikun il-każ, għad-dispożizzjonijiet li huma applikabbli bis-saħħa ta’ dan l-att għall-Istati Membri l-ġodda, bħal dawk previsti fl-Anness IV tal-imsemmi att, sakemm il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 41 ikunu sodisfatti. |
127 |
Konsegwentement, l-argument ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-ġerarkija tar-regoli ma jistax jintlaqa’ kontra miżuri adottati mill-Kummissjoni ħlief jekk jiġi kkonstatat li dawn ma kinux neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet hekk iffissati fil-qasam agrikolu. |
128 |
F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali ġustament fakkret il-ġurisprudenza li tipprovdi li fil-qasam tal-politika agrikola komuni l-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa u fakkret ukoll li, konsegwentement, l-istħarriġ tal-qorti għandu sempliċement jivverifika jekk hija ma eċċedietx b’mod manifest il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Lulju 2001, Jippes et, C-189/01, Ġabra p. I-5689, punt 80). Għaldaqstant, ma hemmx lok li jsir stħarriġ dwar jekk il-miżura adottata mill-Kummissjoni hijiex l-iktar waħda xierqa, iżda huwa l-obbligu tal-qorti li tivverifika jekk din kinitx manifestament mhux xierqa. |
129 |
F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali spjegat fid-dettall, fil-punti 191 u 192 tas-sentenza appellata, ir-raġunijiet għaliex l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1972/2003 isir ineffettiv kieku l-Kummissjoni ma stabbilixxietx il-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament. |
130 |
Għaldaqstant, skont dan l-Artikolu 4, il-prodotti msemmija huma suġġetti għal taxxa fuq l-importazzjoni erga omnes meta l-ħażniet maħżuna fl-Istati Membri l-ġodda jinstabu li huma ħażniet żejda fl-1 ta’ Mejju 2004. Bl-għan li jiġi evitat il-ħlas ta’ din it-taxxa, l-operaturi setgħu jqiegħdu kull kwantità ta’ prodott li setgħet tiġi kklassifikata bħala żejda taħt sistema ta’ sospensjoni, li minnha setgħu jpoġġu f’ċirkulazzjoni libera l-prodotti kkonċernati mingħajr ma jħallsu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, l-imsemmija taxxa fuq l-importazzjoni erga omnes. |
131 |
Fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet speċifikament, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tippreċiża li li dawn kien jistabbilixxu trattament preferenzjali li l-benefiċċju tiegħu ma jistax jiġi invokat ħlief meta ċertu formalitajiet ikunu kkompletati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-29 ta’ Lulju 2010, Pakora Pluss, C-248/09, Ġabra p. I-7697, punti 39 sa 41). |
132 |
Madankollu, dan it-trattament preferenzjali ma jistax jintuża sabiex jiġi evitat l-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa fuq l-importazzjoni erga omnes stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1972/2003 fil-każ ta’ konstatazzjoni ta’ ħażniet żejda. |
133 |
Għaldaqstant, billi jissuġġetta l-prodotti li ġejjin mill-Istati Membri l-ġodda li jinsabu taħt waħda mis-sistemi ta’ sospensjoni li huwa jelenka għal dazju fuq l-importazzjoni erga omnes, l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 jidher bħala miżura indispensabbli sabiex l-għanijiet msemmija fil-punti 1 sa 4 tal-Kapitolu 4 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jintlaħqu. |
134 |
Sa fejn ma ġiex ipprovat li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 ifittxu għan differenti minn dak intiż sabiex jiggarantixxi l-effetti utli tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament jew li jwasslu għal emenda sostanzjali tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, kien mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi li, billi ċaħdet l-argument tar-Repubblika tal-Polonja bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ġerarkija tar-regoli, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni kellha s-setgħa tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tipproteġi l-effett utli tas-sistema tat-taxxa. |
135 |
Din il-konklużjoni lanqas ma tista’ tiġi mminata mill-argument tar-Repubblika tal-Polonja bbażat fuq in-nuqqas ta’ rabta kawżali, li jipprovdi li kien ikun biżżejjed li jiġu suġġetti għad-dazji doganali previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003, mhux il-prodotti kollha msemmija, tkun xi tkun il-kwantità tagħhom, iżda sempliċement il-kwantitajiet żejda ta’ dawn l-istess prodotti. |
136 |
Fil-fatt, meta r-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli tivverifika jekk il-miżura sostnuta minnha kinitx tkun iktar xierqa, hija fil-fatt tilmenta li l-Qorti Ġenerali ma marritx lil hinn mil-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju li hija obbligata li tosserva fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kompetenzi li għandha l-Kummissjoni meta tadotta miżuri fil-qasam tal-politika agrikola komuni. |
137 |
Minn dak li ntqal jirriżulta li r-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
Fuq il-ħames aggravju
– L-argumenti tal-partijiet
138 |
Permezz tal-ħames aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 253KE, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-motivazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 kienet suffiċjenti. |
139 |
Skont ir-Repubblika tal-Polonja, peress li l-motivazzjoni tal-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament ma tirriżultax b’mod espliċitu mill-premessi tal-imsemmi regolament u li din tista’ toħroġ biss permezz ta’ interpretazzjoni ġudizzjarja “kumplessa”, hija ma tissodisfax b’mod manifest ir-rekwiżiti ddefiniti fl-Artikolu 253 KE. Ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali, li jafferma li dan l-Artikolu 3 huwa intiż sabiex jikkompleta l-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament u li għaldaqstant ma jeħtieġx ġustifikazzjoni separata, huwa manifestament żbaljat. |
140 |
Ir-Repubblika tal-Polonja tfakkar li l-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 huwa iktar wiesa’ minn dak tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, billi dan l-artikolu tal-aħħar jirreferi biss għall-ħażniet żejda tal-prodotti msemmija filwaqt li l-ewwel artikolu japplika għall-kwantitajiet kollha ta’ prodotti msemmija li huma suġġetti għas-sistema ta’ sospensjoni. Hija tgħid ukoll li l-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti 235 u 236 tas-sentenza appellata, dwar il-proċess tal-adozzjoni tar-Regolament Nru 1972/2003, lanqas ma tista’ tissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-operaturi kkonċernati, li fin-nuqqas ta’ motivazzjoni tal-imsemmi Artikolu 3, ġew miċħuda mill-possibbiltà li jkunu jafu jekk kienx hemm bażi legali suffiċjenti għat-taxxa imposta fuqhom. |
141 |
Il-Kummissjoni ssostni li n-nuqqas, fil-premessi tar-Regolament Nru 1972/2003, ta’ motivi speċifiċi għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 3 ta’ dan tal-aħħar, ma jippermettix li jiġi konkluż li l-miżuri stabbiliti f’dan l-artikolu huma nieqsa minn kwalunkwe motivazzjoni. Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali wettqet analiżi ġusta u fid-dettall tal-konformità tal-motivazzjoni ta’ dan l-Artikolu 3 mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 253 KE. |
– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
142 |
Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 253 KE, il-Qorti Ġenerali fakkret dan li ġej: “214 Skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 253 KE għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-awtorità Komunitarja, li minnha joriġina l-att, b’tali mod li l-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jagħrfu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u b’tali mod li l-qorti kompetenti tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Novembru 2005, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-138/03, C-324/03 u C-431/03, Ġabra p. I-10043, punt 54, u [...] ġurisprudenza ċċitata). 215 Dan ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat abbażi taċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari tal-kontenut tal-att, tan-natura tal-motivi invokati u tal-interess li d-destinatarji tal-att jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment mill-att jista’ jkollhom sabiex jirċievu spjegazzjonijiet. Mhuwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti, peress li l-kwistjoni jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 253 KE għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tad-diċitura tagħha, iżda wkoll fid-dawl tal-kuntest tagħha u tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara s-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, [iċċitata iktar ’il fuq], punt 55, u [...] ġurisprudenza ċċitata). 216 Fil-każ ta’ regolament, il-motivazzjoni tista’ sempliċement tindika, minn naħa, is-sitwazzjoni ġenerali li wasslet għall-adozzjoni tiegħu u, min-naħa l-oħra, l-għanijiet ġenerali li jkun intiż li jilħaq (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Lulju 1985, Abrias et vs Il-Kummissjoni, 3/83, Ġabra p. 1995, punt 30, u tal-10 ta’ Marzu 2005, Spanja vs Il-Kunsill, C-342/03, Ġabra p. I-1975, punt 55). 217 Barra minn hekk, jekk att ta’ portata ġenerali jindika l-għan essenzjali li tkun tixtieq tilħaq l-istituzzjoni, ikun eċċessiv li tintalab motivazzjoni speċifika għad-diversi għażliet tekniċi li jkunu saru (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Settembru 2006, Spanja vs Il-Kunsill, C-310/04, Ġabra p. I-7285, punt 59, u [...] ġurisprudenza ċċitata).” |
143 |
Peress li kull waħda mill-premessi tar-Regolament Nru 1972/2003 ma tispjegax b’mod espress il-motivi speċifiċi li wasslu lill-Kummissjoni tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 fir-rigward ta’ prodotti mill-Istati Membri l-ġodda, il-Qorti Ġenerali poġġiet il-miżuri inkwistjoni fil-kuntest tagħhoma u ddeċidiet dan li ġej: “229 [...] Kif jirriżulta mill-premessa 3 tar-Regolament Nru 1972/2003, wieħed mill-għanijiet essenzjali ta’ dan ir-regolament huwa li jevita r-riskji ta’ distorsjoni fil-kummerċ li tista’ tfixkel l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq u li tkun ikkawżata mill-kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda. 230 Dan l-għan huwa implementat, fil-loġika tar-Regolament Nru 1972/2003, permezz tal-impożizzjoni tat-taxxa prevista fl-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament fuq il-ħażniet żejda li jeżistu fl-Istati Membri l-ġodda, u fil-premessa 3 tar-regolament inkwistjoni jsir riferiment espress għan-natura adegwata ta’ din it-taxxa sabiex tiżgura li l-imsemmi għan jintlaħaq. 231 Issa, ir-rwol tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003, sa fejn jirrigwarda l-prodotti taħt sistema ta’ sospensjoni li ġejjin mill-Istati Membri l-ġodda huwa biss li jikkompleta s-sistema ta’ taxxa tal-ħażniet żejda stabbilita mill-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, u b’mod iktar preċiż, li jiżgura l-effett utli ta’ din id-dispożizzjoni. 232 Fil-fatt, f’dak li jirrigwarda l-prodotti inkwistjoni li ġejjin mill-Istati Membri l-ġodda, il-bżonn tal-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 sabiex jikkompletaw is-sistema tat-taxxa huwa evidenti peress li, kif ġie enfasizzat fil-punti 191 sa 193 iktar ’il fuq, huwa evidenti li, fin-nuqqas ta’ dawn il-miżuri, kull operatur li jkollu fil-pussess tiegħu prodotti li jistgħu jiġu suġġetti għat-taxxa stabbilita mill-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament ikun jista’ jevita l-obbligu li jħallas din it-taxxa billi jissuġġetta l-prodotti kkonċernati għal waħda mill-proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament fi Stat Membru ieħor. 233 Minn dan isegwi li, f’dak li jirrigwarda l-prodotti inkwistjoni li ġejjin mill-Istati Membri l-ġodda, il-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 jikkostitwixxu biss għażla teknika tal-Kummissjoni intiża sabiex tiżgura l-effett utli tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament peress li din id-dispożizzjoni tal-aħħar kienet, min-naħa tagħha, l-għażla teknika prinċipali tal-Kummissjoni sabiex tilħaq l-għan tagħha, jiġifieri li tevita l-formazzjoni ta’ ħażniet żejda fl-Istati Membri l-ġodda. 234 Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata timmotiva iktar speċifikament il-bżonn tal-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 216 u 217 iktar ’il fuq, peress li l-motivazzjoni tal-imsemmi regolament tidentifika b’mod espress l-għan ta’ prevenzjoni tal-kostituzzjoni ta’ ħażniet żejda u l-bżonn li tiġi stabbilita sistema ta’ taxxa fuq l-imsemmija ħażniet (premessa 3) u s-sitwazzjoni ġenerali li wasslet għall-adozzjoni tal-imsemmi regolament (premessi 1 u 3 meħuda flimkien). Il-motivazzjoni inkwistjoni għandha għaldaqstant tiġi kkunsidrata li hija suffiċjenti f’dan ir-rigward.” |
144 |
Fir-rigward tal-argument tar-Repubblika tal-Polonja bbażat fuq l-allegata interpretazzjoni “kumplessa” li għamlet il-Qorti Ġenerali, għandu jiġi rrilevat li din l-affermazzjoni, anki jekk tiġi stabbilita, ma tistax twassal għall-annullament tal-punti kkritikati tas-sentenza appellata. |
145 |
Fil-fatt, wara li ġustament fakkret il-ġurisprudenza stabbilita fil-qasam tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 253 KE, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-motivazzjoni prinċipali tar-Regolament Nru 1972/2003 tinsab fil-premessi 1 sa 3 tal-imsemmi regolament. |
146 |
Skont il-premessa 1 tar-Regolament Nru 1972/2003, il-miżuri tranżitorji huma intiżi sabiex jiġu evitati r-riskji ta’ distorsjoni fil-kummerċ, bi ħsara tal-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq agrikoli, li jirriżultaw mill-adeżjoni. Filwaqt li l-premessi 2 u 4 jirreferu għall-miżuri relattivi għall-ħlas lura fuq l-esportazzjoni, il-premessa 3 tirreferi b’mod iktar preċiż għad-distorsjoni tal-kummerċ li jista’ jfixkel l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq u għall-prodotti li jiġu mċaqalqa artifiċjalment sabiex ma jiffurmawx iktar parti mill-ħażniet żejda maħżuna fl-Istati Membri l-ġodda. |
147 |
F’dan il-każ, għandu għaldaqstant jiġi kkonstatat li l-premessi tar-Regolament Nru 1972/2003 huma tali li jippermettu lill-persuni kkonċernati jkollhom biżżejjed tagħrif dwar il-ġustifikazzjonijiet tal-imsemmija miżuri tranżitorji u lill-qorti kompetenzi li teżerċita l-istħarriġ tagħha. |
148 |
Din l-informazzjoni, li b’mod partikolari ppermettiet lill-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tat-tieni motiv bbażat fuq allegat nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, li twettaq stħarriġ tan-natura indispensabbli tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 sabiex jinżamm l-effett utli tas-sistema stabbilita minn dan ir-regolament, ma tirrikjedix motivazzjoni iktar fid-dettall. |
149 |
Barra minn hekk, sa fejn wieħed mill-argumenti tar-Repubblika tal-Polonja jitlaq mill-premessa żbaljata li l-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 huwa iktar wiesa’ minn dak tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, minkejja li jirriżulta b’mod ċar mill-motivazzjoni tas-sentenza appellata, esposta fil-kuntest tal-eżami tar-raba’ motiv u riprodotta fil-punti 129 sa 133 tas-sentenza preżenti, li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 kienu indispensabbli sabiex jiggarantixxu l-effetti utli tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, dan l-argument għandu jiġi miċħud għall-istess raġunijiet. |
150 |
Fir-rigward tat-tieni argument dwar l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi, għandu jitfakkar li skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 214 u 215 tas-sentenza appellata, l-interess tal-persuni kkonċernati, u b’mod iktar partikolari, tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati, jikkostitwixxi wieħed mill-kriterji użati fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
151 |
Issa, mill-punti 229 sa 234 tas-sentenza appellata ma jirriżultax li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward ta’ din il-ġurisprudenza. |
152 |
Fl-aħħar nett għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, meta l-adozzjoni tal-att inkwistjoni tagħmel parti minn kuntest li l-persuna kkonċernata kienet taf bih, il-motivazzjoni tista’ tingħata fil-qosor (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-30 ta’ Settembru 2003, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-301/96, Ġabra p. I-9927, punti 89 sa 93, u tat-22 ta’ Ġunju 2004, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-6102, punti 69 u 70). |
153 |
Għaldaqstant, kien b’mod ġust li fil-punti 235 u 236 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej:
|
154 |
Minn dak li ntqal jirriżulta li l-ħames aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
Fuq is-sitt aggravju
– L-argumenti tal-partijiet
155 |
Permezz tas-sitt aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003, adottati abbażi tal-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 ma jistgħux, fi kwalunkwe każ, jiġu suġġetti għal evalwazzjoni tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 25 KE. B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali rrifjutat li teżamina l-mertu tal-motiv invokat mir-Repubblika tal-Polonja. |
156 |
L-interpretazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali tas-sentenza tal-25 ta’ Mejju 1978, Racke (136/77, Ġabra p. 1245), hija żbaljata sa fejn l-element deċiżiv li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-legalità tal-miżuri inkwistjoni f’din il-kawża kienet in-natura tal-ħlasijiet ikkontestati u mhux l-identità ta’ min għamilhom. Il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta kkunsidrat li l-miżuri tranżitorji setgħu jikkostitwixxu deroga min-normi normalment applikabbli għal sitwazzjoni legali speċifika, bħalma huwa l-Artikolu 25 KE, Artikolu 25 KE, filwaqt li l-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 ma jawtorizzax tali deroga u li kwalunkwe tentattiv li tiġi preżunta l-eżistenza tagħha fuq il-bażi ta’ referenzi teleoloġiċi huwa predeterminat li jfalli minħabba l-fatt li l-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 ma kinux neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minn dan ir-regolament. Ir-Repubblika tal-Polonja tgħid ukoll li r-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-20 ta’ Ottubru 1987, Spanja vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (119/86, Ġabra p. 4121) ma jistax jiġi applikat għal dan il-każ, peress li l-Att dwar il-kundizzjonijiet ta’ Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża u l-aġġustamenti għat-trattati (ĠU 1985, L 302, p. 23, iktar ’il quddiem l-“Att ta’ Adeżjoni tal-1985”) jinkludi awtorizzazzjoni espressa għall-adozzjoni ta’ mekkaniżmu addizzjonali applikabbli għall-kummerċ. |
157 |
Il-Kummissjoni tqis li l-interpretazzjoni magħmula mir-Repubblika tal-Polonja tas-sentenza appellata hija żbaljata. Fir-rigward tar-riferiment għas-sentenza Racke, iċċitata iktar ’il fuq, il-Kummissjoni tenfasizza li l-eżami mwettaq mill-Qorti Ġenerali kien ġustament jirrigwarda n-natura tal-atti u mhux l-identità tal-awtur tagħhom. Għal dak li jikkonċerna r-riferiment għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1985, il-Kummissjoni tirrifjuta li tammetti li l-kunċett ta’ “mekkaniżmu addizzjonali applikabbli għall-kummerċ” jinvolvi l-ammissjoni ta’ derogi mill-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-kummerċ, filwaqt li dak ta’ “miżuri tranżitorji” ma jippermettix dan. |
– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
158 |
Fir-rigward tal-allegat ksur tal-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej:
|
159 |
Għandu jiġi rrilevat li bil-kontra ta’ dak li tallega r-Repubblika tal-Polonja, ma jirriżultax mill-punti msemmija iktar ’il fuq tas-sentenza appellata li miżuri bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 ma jistgħux jiġu kkontestati fid-dawl tad-dritt Komunitarju. |
160 |
Fil-fatt, meta interpretat is-sentenza Racke, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-ġbir tat-taxxi imposti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 ma tipprekludix il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 25 KE minħabba l-fatt li l-imsemmija taxxi jikkostitwixxu miżuri Komunitarji tranżitorji adottata sabiex tippermetti lill-awtoritajiet ikkonċernati jirregolaw id-diffikultajiet li jistgħu jirriżultaw fil-qasam agrikolu mill-adeżjoni tal-għaxar Stati ġodda mal-Unjoni. Għaldaqstant, ma hijex il-kwalità tal-awtur ta’ dawn il-miżuri meħuda, iżda n-natura tal-ħlasijiet ikkontestati li kkostitwixxiet l-element deċiżiv li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni. |
161 |
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni tas-sentenza Racke, iċċitata iktar ’il fuq, magħmula mill-Qorti Ġenerali ma ostakolathiex milli, billi tirreferi għas-sentenza Spanja vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ġustament iżżid tgħid li l-adozzjoni ta’ miżuri tranżitorji tista’ tiġi kkritikata bħala li tmur kontra d-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni tad-dazji doganali meta jkun jidher li l-miżuri implementati ma jagħmlux parti integrali mill-miżuri tranżitorji li jistgħu jiġu adottati taħt id-dispożizzjoni rilevanti tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003. |
162 |
Minn dan isegwi li l-argument tar-Repubblika tal-Polonja li l-Qorti Ġenerali interpretat is-sentenza Racke, iċċitata iktar ’il fuq, b’tali mod li jeskludi kwalunkwe possibbiltà li l-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 jiġu kkritikati, ma huwiex fondat. |
163 |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma ddeċidietx dwar il-mertu. Fil-fatt, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-miżuri implementati fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 jagħmlux parti integrali mill-miżuri tranżitorji li jistgħu jiġu adottati taħt l-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, għandu jsir riferiment għall-evalwazzjoni li wettqet il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tar-raba’ motiv fil-punti 189 sa 193 tas-sentenza appellata, kif riprodotti fil-punti 129 sa 133 tas-sentenza preżenti, tan-natura indispensabbli tal-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 sabiex jiġi żgurat l-effett utli ta’ dawn imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament. |
164 |
Għandu wkoll jiġi miċħud l-argument tar-Repubblika tal-Polonja li jafferma li s-sentenza Spanja vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ma tistax tiġi applikata għal dan il-każ minħabba li l-Att ta’ Adeżjoni tal-1985 jinkludi awtorizzazzjoni espressa għall-introduzzjoni ta’ “mekkaniżmu addizzjonali” filwaqt li l-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 ma jipprovdix tali awtorizzazzjoni, sa fejn l-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jipprovdi b’mod espress, fl-Artikolu 41 tiegħu, l-introduzzjoni tal-miżuri tranżitorji kollha neċessarji sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mis-sistema applikabbli fl-Istati Membri l-ġodda għas-sistema Komunitarja, filwaqt li l-miżuri jinkludu, kif jirriżulta mill-punti 124 sa 133 tas-sentenza preżenti, derogi indispensabbli sabiex l-għanijiet imfittxija minn dan l-att jintlaħqu. |
165 |
Minn dak li ntqal jirriżulta li s-sitt aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
Fuq is-seba’ aggravju
– L-argumenti tal-partijiet
166 |
Permezz tas-seba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li d-differenza fit-trattament bejn operaturi Pollakki u operaturi tal-Istati Membri l-qodma kienet oġġettivament iġġustifikata. Ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza li l-ksur ta’ dan il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ma jirriżultax tant mill-applikazzjoni ta’ regoli differenti iżda min-nuqqas ta’ raġuni li tiġġustifika oġġettivament l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli. |
167 |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma wrietx li r-riskju ta’ spekulazzjoni kien jirriżulta prinċiplament mill-flussi ta’ merkanzija mill-Polonja u hija bbażat ruħha, għaldaqstant, b’mod arbitrarju, fuq għan ta’ prevenzjoni ta’ riskju ta’ tfixkil “unilaterali”, filwaqt li fir-realtà r-riskju seta’ jirriżulta wkoll mill-flussi ta’ merkanzija mill-Istati Membri l-qodma. |
168 |
It-tieni nett, anki jekk jiġi preżunt li r-riskju ta’ spekulazzjoni kien jirriżulta essenzjalment mill-flussi ta’ merkanzija mill-Polonja, kien ikun biżżejjed, skont ir-Repubblika tal-Polonja, li matul il-perijodu tranżitorju, iżżomm id-dazji fuq l-importazzjoni li jirriżultaw mill-iskema preferenzjali minflok tistabbilixxi dazji erga omnes ta’ ammont ikbar. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali naqset milli tiddeċiedi dwar l-argument tar-Repubblika tal-Polonja li l-ħtieġa li jiġi pprevenut ir-riskju ta’ spekulazzjoni li jirriżulta mill-flussi ta’ merkanzija mill-Polonja ma setgħetx oġġettivament tiġġustifika d-differenza fit-trattament applikat waqt il-perijodu previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 għall-operaturi tal-Istati Membri l-ġodda meta mqabbla ma’dawn tal-Istati Membri l-qodma. |
169 |
Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali eżaminat il-kwistjoni dwar id-differenza fit-trattament bejn l-operaturi tal-Istati Membri l-qodma u dawk tal-Istati Membri l-ġodda billi ddeċidiet, fir-rigward tal-flussi ta’ merkanzija mill-Istati Membri l-ġodda, fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività tat-taxxa stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1972/2003 u, fir-rigward tal-flussi ta’ merkanzija mill-Istati Membri l-qodma, dwar il-ħtieġa li jiġi evitat li l-ħlasijiet lura fuq l-importazzjoni jsiru darbtejn. Il-Kummissjoni tqis li, bil-kontra ta’ dak li ssostni r-Repubblika tal-Polonja, il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni r-riskju ta’ tfixkil “bilaterali”. Għal dak li jikkonċerna l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni, il-Kummissjoni tqis li dan l-argument jaqa’ taħt il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li l-ksur tiegħu madankollu ma tqajjimx fil-konfront tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003. |
– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
170 |
Għal dak li jikkonċerna l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej:
|
171 |
Minn dak li ntqal jirriżulta li l-Qorti Ġenerali analizzat fid-dettall l-iskema li għalihom ġew suġġetti l-importazzjonijiet mill-Istati Membri l-ġodda u dawk mill-Istati Membri l-qodma skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003. Il-Qorti Ġenerali kienet ġusta meta kkunsidrat li, minħabba l-għanijiet differenti mfittxija minn dawn id-dispożizzjonijiet għal dak li jikkonċerna l-prodotti mill-Istati Membri l-ġodda u dawk mill-Istati Membri l-qodma, l-applikazzjoni ta’ skemi differenti fir-rigward ta’ dawn il-prodotti ma tistax tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. |
172 |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-argument imqajjem mir-Repubblika tal-Polonja fir-rigward tal-Kummissjoni u li huwa bbażat fuq li, fir-Regolament Nru 1972/2003, din l-istituzzjoni ma wrietx li r-riskju ta’ spekulazzjoni kien jirriżulta prinċipalment mill-flussi ta’ merkanzija mill-Polonja, għandu jitfakkar li l-appell għandu jikkritika s-sentenza appellata u mhux l-imsemmi regolament, b’tali mod li dan l-argument għandu, skont ir-raġunijiet esposti diġà fil-punti 97 u 98 tas-sentenza preżenti, jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
173 |
It-tieni nett, fir-rigward tal-kritika li l-Qorti Ġenerali kien messha kkunsidrat li, sabiex jiġi pprevenut ir-riskju ta’ spekulazzjoni kien biżżejjed li żżomm, għal dak li jikkonċerna l-merkanzija mill-Polonja u dan matul il-perijodu tranżitorju, id-dazji fuq l-importazzjoni li jirriżultaw mill-iskema preferenzjali, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika tal-Polonja sempliċement ittenni l-argumenti diġà żviluppati fil-kuntest tal-aggravji preċedenti relattivi għan-natura mhux neċessarja tal-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1972/2003 u li hija ma tiżviluppa l-ebda argument legali li juri l-eżistenza ta’ kusr, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità. |
174 |
Dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud. |
175 |
Minn dak li ntqal jirriżulta li s-seba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
Fuq it-tmien aggravju
– L-argumenti tal-partijiet
176 |
Permezz tat-tmien u l-aħħar aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 246 tas-sentenza appellata, li l-Komunità ma kinitx ħolqot sitwazzjoni li setgħet tiġġenera aspettattivi leġittimi għal dak li jikkonċerna lil dan l-Istat Membre jew lil operaturi ekonomiċi Pollakki. Skont ir-Repubblika tal-Polonja, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Adeżjoni huma fihom infushom sors ta’ aspettattivi leġittimi u l-operaturi ekonomiċi li jużaw diliġenza normali ma kinux f’pożizzjoni li jippresupponu li l-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 seta’ jintuża sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Kapitolu 5 tal-Anness IV ta’ dan l-Att ta’ Adeżjoni. |
177 |
Il-Kummissjoni ssostni li l-imsemmi att ta’ adeżjoni, u b’mod iktar partikolari, l-Artikolu 41 tiegħu, kien jawtorizzaha tieħu l-miżuri tranżitorji kollha xierqa. Sa fejn ma kienx hemm ippreċiżat fih il-metodu li bih dawn il-miżuri kellhom jittieħdu, dan it-test ma setax joħloq aspettattivi leġittimi. |
– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
178 |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej:
|
179 |
Għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali kienet korretta meta kkunsidrat li l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma ġiex ippreġudikat. |
180 |
Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-possibbiltà li jiġi invokat il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi hija miftuħa għal kull operatur ekonomiku li jkunu tnisslu fih tamiet fondati minn xi istituzzjoni. Madankollu, għalkemm il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jagħmel parti mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni, l-operaturi ekonomiċi ma humiex iġġustifikati li jqiegħdu l-aspettattivi leġittimi tagħhom f’li tinżamm fis-seħħ sitwazzjoni eżistenti li l-bidla tagħha qiegħda fid-diskrezzjoni ta’ l-istituzzjonijiet Komunitarji u dan japplika, b’mod speċjali, f’qasam bħal dak tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, li s-suġġett tiegħu jinvolvi aġġustament kostanti skont il-varjazzjonijiet fis-sitwazzjoni ekonomika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Di Lenardo u Dilexport, C-37/02 u C-38/02, Ġabra p. I-6911, punt 70 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
181 |
Dan jgħodd ukoll għal dak li jikkonċerna Stat Membru li jaderixxi mal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat-23 ta’ Marzu 2011, L-Estonja vs Il-Kummissjoni, C-535/09 P, punt 73). |
182 |
Għaldaqstant, la r-Repubblika tal-Polonja u lanqas l-operaturi Pollakk ma seta’ jkollhom aspettattivi leġittimi f’li tinżamm is-sitwazzjoni leġiżlattiva kif kienet tirriżulta mill-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 meta ġie ffirmat dan l-att tal-aħħar, peress li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tal-imsemmi att kien jawtorizza espressament lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-miżuri tranżitorji neċessarji sabiex jiġi evitat it-tfixkil fis-suq Komunitarju minħabba t-tkabbir li kellu jseħħ. |
183 |
F’dan ir-rigward, mill-argumenti żviluppati bħala risposta għar-raba’ aggravju fuq il-mertu invokat mir-Repubblika tal-Polonja jirriżulta li l-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni jippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Kapitolu 5 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, peress li dawn tal-aħħar huma indispensabbli sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mis-sistema fis-seħħ fl-Istati Membri għas-sistema li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tagħha. |
184 |
It-tmien u l-aħħar aggravju fformulat mir-Repubblika tal-Polonja għandu konsegwentement jiġi miċħud bħala infondat. |
185 |
Minn dak li ntqal jirriżulta li l-ebda aggravju fuq il-mertu invokat mir-Repubblika tal-Polonja ma jista’ jiġi milqugħ. |
186 |
Konsegwentement, l-appell għandu jiġi miċħud. |
Fuq l-ispejjeż
187 |
Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 118 ta’ dawn l-istess Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. |
188 |
Peress li r-Repubblika tal-Polonja tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni. |
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.