Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 – Il‑Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-321/09 P)

“Appell – FAEGG – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regoli Komunitarji – Infiq magħmul mir-Repubblika Ellenika”

1.                     Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Osservanza ta’ terminu raġonevoli - Proċedura amministrattiva - Evalwazzjoni li għandha ssir in concreto - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Evalwazzjoni li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Stħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara l-punti 32-36)

2.                     Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Kundizzjonijiet - Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punti 45, 46)

3.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 48, 49)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (T‑33/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima Garanzija, [notifikata bin-Nru C(2006) 5993] - Setturi taż-żejt taż-żebbuġa, tal-qoton, tal-passolina u tal-frott taċ-ċitru.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.