Keywords
Summary

Keywords

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Sinjal ikkostitwit minn ittra waħda

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 4 u 7( 1)( b))

Summary

Ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni konkreta tal-kapaċità tas-sinjal ikkonċernat li jiddistingwi l-prodotti jew is-servizzi previsti minn dawk ta’ impriżi oħra jippermetti l-konċiljazzjoni tar-raġuni għal rifjut previst fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, mar-rikonoxximent, mill-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, tal-kapaċità ġenerali ta’ sinjal li jammonta għal trade mark.

F’dan ir-rigward, minkejja li mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li jeżistu ċerti kategoriji ta’ sinjali li huma inqas probabbli li jkollhom karattru distintiv ab initio , hija madankollu ma eżentatx lill-awtoritajiet tat-trade marks milli jagħmlu eżami in concreto tal-karattru distintiv tagħhom.

Għal dak li jirrigwarda b’mod iktar partikolari l-fatt li s-sinjal ikkostitwit minn ittra waħda mingħajr alterazzjoni grafika, ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal bħala trade mark mhix suġġetta għall-konstatazzjoni ta’ ċertu livell ta’ kreattività jew ta’ immaġinazzjoni lingwistika jew artistika min-naħa tal-proprjetarju tat-trade mark.

Minn dan isegwi li, peress illi l-iffissar ta’ karattru distintiv jista’ jkun iktar diffiċli għal trade mark li tikkonsisti f’ittra waħda milli għal trade marks verbali oħra, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) huwa marbut jagħmel evalwazzjoni tal-kapaċità tas-sinjal inkwistjoni sabiex jiddistingwi l-prodotti differenti jew servizzi fil-kuntest ta’ eżami konkret li tirrigwarda dawn il-prodotti jew servizzi.

(ara l-punti 36-39)