Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 – Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit
(Kawża C‑259/09)
“Immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni – Nuqqas ta’ traspożizzjoni jew ta’ notifika ta’ miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 7)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fir-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE | (ĠU L 102, p. 15) |
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva. |
|
2) |
Ir-Renju Unit tal‑Gran Brittanja u l‑Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall‑ispejjeż. |