1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003
(Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikoli 8 sa 14)
2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003
(Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikoli 20 u 39)
3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003
(Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikoli 20 sa 27)
1. Meta l-ġurisdizzjoni dwar il-mertu, skont ir-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri u li jirrevoka r-Regolament Nru 1347/2000, ta’ qorti li tkun adottat miżuri provviżorji ma tirriżultax, b’mod evidenti, mill-elementi tad-deċiżjoni adottata, jew li din id-deċiżjoni ma tinkludix motivazzjoni li ma hijiex nieqsa minn kull ambigwità, dwar il-ġurisdizzjoni tal-mertu ta’ din il-qorti, b’riferiment għall-wieħed mill-elementi tal-ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 ta’ dan ir-regolament, jista’ jiġi konkluż li l-imsemmija deċiżjoni ma tkunx ġiet adottata skont ir-regoli tal-ġurisdizzjoni stabbiliti mill-imsemmi regolament. Madankollu, din id-deċiżjoni tista’ tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 20 tal-imsemmi regolament, dwar miżuri provviżorji u kawtelatorji sabiex jiġi vverifikat jekk taqax taħt din id-dispożizzjoni.
(ara l-punt 76)
2. Fid-dawl tal-importanza tal-miżuri provviżorji, kemm jekk ikunux adottati minn qorti b’ġurisdizzjoni dwar il-mertu jew bla ġurisdizzjoni dwar il-mertu, li jistgħu jiġu ordnati fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, b’mod partikolari minħabba l-konsegwenzi possibbli fuq tfal żgħar, u b’mod partikolari fir-rigward ta’ tewmin mifruda wieħed mill-ieħor, u minħabba l-fatt li l-qorti li adottat il-miżuri tkun ħarġet, jekk ikun il-każ, ċertifikat skont l-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri u li jirrevoka r-Regolament Nru 1347/2000, anki jekk il-validità tal-miżuri provviżorji msemmija f’dan iċ-ċertifikat tkun ikkundizzjonata mill-preżentata ta’ rikors dwar il-mertu matul it-30 ġurnata, huwa importanti li l-persuna kkonċernata b’din il-proċedura, anki jekk tkun instemgħet mill-qorti li adottat il-miżuri, tkun tista’ tieħu l-inizjattiva li tippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi dawn il-miżuri provviżorji sabiex tikkontesta, quddiem qorti distinta minn dik li tkun adottat l-imsemmija miżuri u li tkun iddeċidiet fi żmien qasir, b’mod partikolari, il-ġurisdizzjoni dwar il-mertu li l-qorti li adottat il-miżuri provviżorji kienet irrikonoxxiet, jew, jekk mid-deċiżjoni ma jirriżultax li l-qorti kellha ġurisdizzjoni jew jekk irrikonoxxiet li hija kellha ġurisdizzjoni dwar il-mertu skont dan ir-regolament, b’osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 tal-imsemmi regolament, jiġifieri:
- il-miżuri kkonċernati għandhom ikunu urġenti;
- dawn għandhom jirrigwardaw persuni jew beni preżenti fl-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-qrati, u
- għandhom ikunu ta’ natura provviżorja.
Dan ir-rikors għandu jiġi eżerċitat bla ħsara għal kwalunkwe aċċettazzjoni, mill-persuna li ppreżentatu, dwar il-ġurisdizzjoni dwar il-mertu li l-qorti li adottat il-miżuri provviżorji tista’ eventwalment tirrikonoxxi.
(ara l-punti 77, 97, 98)
3. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 21 et seq tar-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri u li jirrevoka r-Regolament Nru 1347/2000, ma japplikawx għal miżuri provviżorji, fil-qasam tad-dritt tal-kustodja, li jaqgħu taħt l-Artikolu 20 tal-imsemmi regolament. Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma riedx din l-applikazzjoni kif jirriżulta kemm mill-istorja leġiżlattiva kif ukoll mid-dispożizzjonijiet ekwivalenti ta’ strumenti preċedenti, bħalma huma r-Regolament Nru 1347/2000 u l-Konvenzjoni ta’ Brussell II. Barra minn hekk, l-applikazzjoni, fl-Istati Membri kollha, inkluż l-Istat li jkollu ġurisdizzjoni dwar il-mertu, ta’ sistema ta’ rikonoxximent u ta’ infurzar stabbilita bir-Regolament Nru 2201/2003 fir-rigward tal-miżuri provviżorji toħloq riskju li jiġu evitati r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti minn dan ir-regolament, u ta’ “forum shopping”, fatti li jmorru kontra l-għanijiet imfittxija mill-imsemmi regolament u, b’mod partikolari, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-interess superjuri tal-minuri permezz tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li jirrigwardawh mill-qorti li hija ġeografikament viċina għar-residenza abitwali tiegħu, li hija meqjusa mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea bħala l-iktar idonea sabiex tikkunsidra l-adozzjoni ta’ miżuri fl-interess tal-minuri.
(ara l-punti 84, 91 u d-dispożittiv)