Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Novembru 2009 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

(Kawża C-211/09)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/24/KE – Komunikazzjonijiet elettroniċi – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 7)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli tadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.