Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Novembru 2009 – Il-Kummissjoni vs L-Irlanda

(Kawża C-202/09)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/24/KE – Komunikazzjonijiet elettroniċi – Protezzjoni tal-privatezza – Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)

2.                     Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 11)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d‑Direttiva 2002/58/KE, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.