Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 – Il‑Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-157/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 43 KE – Libertà ta’ stabbiliment – Nutara – Kundizzjoni ta’ nazzjonalità – Artikolu 45 KE – Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika”
Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Derogi - Attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika - Attivitajiet ta’ nutar - Esklużjoni - Kundizzjoni ta’ nazzjonalità għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar - Inammissibbiltà (Artikolu 43 KE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 45 KE) (ara l-punti 55, 57, 58, 60-65, 67-69, 73, 74, 76-78, 80-86, 90)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 43 KE u 45 KE - Aċċess għall-professjoni ta’ nutar u l-eżerċizzju tagħha - Kundizzjoni ta’ nazzjonalità - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika. |
Dispożittiv
1) |
Billi impona kundizzjoni ta’ nazzjonalità għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 43 KE. |
2) |
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
3) |
Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |