Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C‑100/09)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2007/14/KE – Regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)

2.                     Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal‑Kummissjoni 2007/14/KE, tat-8 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l‑armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 496).

Dispożittiv

1)         Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE, tat-8 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t‑titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 24 ta’ din id‑direttiva.

2)         Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.