Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑18/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Regolament (KEE) Nru 4055/86 – Artikolu 1 – Trasport marittimu – Portijiet ta’ interess ġenerali – Taxxi tal-port – Eżenzjonijiet u sussidji”
Stati Membri - Obbligi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Żamma ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mad-dritt Komunitarju - Sistema diskriminatorja ta’ tnaqqis u ta’ eżenzjonijiet mid-dazji tal-port - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 4055/86, Artikolu 1) (ara l-punt 18)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal‑Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 174) - Portijiet ta’ interess ġenerali - Sussidji u eżenzjonijiet mit-taxxi tal-port. |
Dispożittiv
|
1) |
Billi żamm fis-seħħ l-Artikoli 24(5) u 27(1), (2) u (4) tal-Liġi 48/2003, tas-26 ta’ Novembru 2003, dwar sistema ekonomika u l-provvista ta’ servizzi fil-portijiet ta’ interess ġenerali, li jistabbilixxu sistema ta’ tnaqqis u ta’ eżenzjonijiet mid-dazji tal-port, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l‑obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l‑Istati Membri u pajjiżi terzi. |
|
2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |