23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2010 — Royal Appliance International GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH

(Kawża C-448/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark preċedenti ‘sensixx’ - Sinjal verbali ‘Centrixx’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbilta ta’ konfużjoni - Talba għar-revoka ta’ trade mark preċedenti - Kawża pendenti quddiem il-qrati nazzjonali - Talba għas-sospensjoni tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali)

(2010/C 288/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Royal Appliance International GmbH (rappreżentanti: K.-J. Michaeli u M. Schork, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent), BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Settembru 2009, Royal Appliance International vs UASI-BSH Bosch und Siemens Hausgeräte (T-446/09), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Centrixx” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 7, filwaqt li tilqa’ l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “sensixx” — Nuqqas ta’ sospensjoni tal-proċedura sa kemm tingħata deċiżjoni fuq il-kawża quddiem il-qrati nazzjonali dwar it-talba għar-revoka tat-trade mark preċedenti — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Royal Appliance International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.