26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Meiningen — il-Ġermanja) — Frank Scheffler vs Landkreis Wartburgkreis

(Kawża C-334/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 91/439/KEE - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Rinunżja għal liċenzja nazzjonali tas-sewqan wara l-ksib tal-livell massimu ta’ punti għal diversi ksur - Liċenzja tas-sewqan mogħtija fi Stat Membru ieħor - Relazzjoni ta’ espert mediku-psikoloġiku negattiv li sar fl-Istat Membru ta’ residenza wara l-ksib ta’ liċenzja ġdida fi Stat Membru ieħor - Irtirar tad-dritt tas-sewqan fit-territorju tal-ewwel Stat Membru - Fakultà għall-Istat Membru ta’ residenza tal-possessur ta’ liċenzja mogħtija minn Stat Membru ieħor li japplika għall-imsemmija liċenzja d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtitrar jew it-tħassir tad-dritt tas- sewqan - Kundizzjonijiet - Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “aġir wara l-ksib ta” liċenzja tas-sewqan ġdida’)

2011/C 63/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Meiningen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Frank Scheffler

Konvenuta: Landkreis Wartburgkreis

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Meiningen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2) u 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan — Liċenzja tas-sewqan mogħtija fi Stat Membru lil ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li rrinunzja għal-liċenzja nazzjonali tiegħu u li għandu r-residenza normali tiegħu, fil-mument tal-għoti tal-liċenzja ġdida, fit-territorju tal-Istat Membru tal-għoti — Rifjut ta’ rikonoxximent ta’ din il-liċenzja mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju ibbażat fuq rapport mediku- psikoloġiku li tħejja f’dan l-Istat Membru abbażi ta’ eżami mediku li sar wara l-għoti tal-liċenzji l-ġdida, iżda li jirreferi biss għaċ-ċirkustanzi preċedenti għall-ksib tagħha — Kwalifikazzjoni tal-imsemmi rapport ta’ espert bħala “ċirkustanza wara l-ksib ta’ liċenzja tas-sewqan ġdida” li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt ta’ sewqan?

Dispożittiv

L-Artikoli 1(2) u 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan, kif emendata bid-Direttiva (KE) Nru 2006/103/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru, fl-eżerċizzju tal-fakultà mogħtija lilu mill-Artikolu 8(2), japplika għall-possessur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa fi Stat Membru ieħor id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt tas-sewqan, li jirrifjuta li jirrikonoxxi, fit-territorju tiegħu, id-dritt tas-sewqan li jirriżulta minn liċenzja tas-sewqan valida maħruġa fi Stat Membru ieħor minħabba rapport ta’ espert dwar il-kapaċità ta’ sewqan ippreżentat mill-possessur tal-liċenzja, meta dan ir-rapport, għalkemm imħejji wara d-data tal-ħruġ tal-imsemmija liċenzja u abbażi ta’ eżami tal-persuna kkonċernata li ssir wara din id-data, ma għandu ebda relazzjoni, anki parzjali, ma’ aġir tal-persuna kkonċernata kkonstatata wara l-ħruġ ta’ din l-istess liċenzja tas-sewqan u li jirreferi esklużivament għal ċirkustanzi li seħħew qabel l-imsemmija data.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.