16.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — l-Italja) — Maurizio Polisseni vs Azienda Sanitaria Locale N. 14 V.C.O., Antonio Giuliano

(Kawża C-217/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Saħħa pubblika - Spiżeriji - Prossimità - Provvista ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni - Awtorizzazzjoni għall-użu - Tqassim territorjali tal-ispiżeriji - Limiti stabbiliti abbażi tal-kriterju tad-densità demografika - Distanza minima bejn l-ispiżeriji)

2011/C 120/02

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maurizio Polisseni

Konvenuti: Azienda Sanitaria Locale N. 14 V.C.O., Antonio Giuliano

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale del Piemonte — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43, 152 u 153 KE — Ftuħ ta’ spiżeriji ġodda — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-permess għal ċaqliq ta’ spiżerija għall-osservanza ta’ distanza minima bejn spiżerija u oħra.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, bħala prinċipju, huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal ma hija dik fil-kawża prinċipali, li timponi limiti għall-istabbiliment ta’ spiżeriji, billi tipprovdi li:

f’kull żona farmaċewtika, bħala prinċipju, għal kull 4 000 jew 5 000 abitant, tista’ tiġi stabbilita spiżerija waħda biss, u

kull spiżerija għandha tosserva distanza minima fir-rigward tal-ispiżeriji li jeżistu diġà, b’din id-distanza tkun, bħala regola ġenerali, ta’ 200 metru.

(2)

Madankollu, l-Artikolu 249 TFUE jipprekludi din il-leġiżlazzjoni nazzjonali sa fejn ir-regoli bażiċi ta’ 4 000 jew 5 000 abitant u ta’ 200 metru jxekklu, fiż-żoni ġeografiċi kollha li għandhom karatteristiċi demografiċi partikolari, l-istabbiliment ta’ numru suffiċjenti ta’ spiżeriji li jkunu jistgħu jiżguraw servizz farmaċewtiku adegwat, ħaġa li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 205, 29.8.2009.