27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — Pannon GSM Távközlési Rt. vs Nemzeti Hírközlési Hatóság Tanácsa

(Kawża C-143/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2002/22/KE - Applikazzjoni ratione temporis - Kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2010/C 51/25

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pannon GSM Távközlési Rt.

Konvenuta: Nemzeti Hírközlési Hatóság Tanácsa

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Bíróság — Interpretazzjoni tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU 2003 L 236, p. 33), tal-Artikoli 10 KE, 87(1) KE u 249 KE, kif ukoll tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) — Tqassim tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali bejn il-fornituri tan-netwerk u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali fuq il-mekkaniżmi ta’ qsim tal-ispejjeż li tipprovdi l-applikazzjoni ta’ regoli li mhumiex kompatibbli mad-direttiva f’dak li jirrigwarda l-finanzjament tas-servizzi universali pprovduti matul is-sena ta’ qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru inkwistjoni mal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), kif ukoll l-Anness IV ta’ din tal-aħħar, ma japplikawx għall-fatti ta’ kawża bħal dik prinċipali, li tirrigwarda kontribuzzjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, meħtieġa mill-awtoritajiet tar-Repubblika Ungeriża għas-sena 2003.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009.