28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 2010 — Société des plantations de Mbanga SA (SPM) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej, Il-Kummissjoni Ewropeja

(Kawża C-39/09 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-banana - Sistema ta’ importazzjoni fil-Komunità ta’ banana li toriġina minn pajjiżi AKP - Dannu allegatament imġarrab minn produttur indipendenti - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni - Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

2010/C 234/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Société des plantations de Mbanga SA (SPM) (rappreżentant: A. Farache, avukat)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej (rappreżentant: A. De Gregorio Merino, E. Sitbon, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentant: F. Clotuche-Duvieusart, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istansa (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008, SPM vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-128/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għad-danni tar-rikorrenti intiż sabiex jiġi kkumpensat id-dannu subit minnha minħabba l-leġiżlazzjoni allegatament illegali adottata mill-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Banana li toriġina minn pajjiżi AKP — Dannu allegatament imġarrab minn produttur indipendenti — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni? — Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Société des plantations de Mbanga SA (SPM) hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  GU C 90, 18.04.2009