7.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Regeringsrätten — L-Isvezja) — Skandinaviska Enskilda Banken AB Momsgrupp vs Skatteverket

(Kawża C-540/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 13B(d)(5) - Eżenzjonijiet - Garanzija ta’ sottoskrizzjoni (underwriting guarantee) mogħtija bi ħlas ta’ kummissjoni minn stabbilimenti ta’ kreditu lil kumpanniji li joħorġu azzjonijiet fil-kuntest ta’ ħruġ ta’ azzjonjiet fis-suq tal-kapital - Tranżazzjonijiet li jinvolvu sigurtajiet)

2011/C 139/12

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Regeringsrätten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skandinaviska Enskilda Banken AB Momsgrupp

Konvenut: Skatteverket

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Högsta förvaltningsdomstolen (li qabel kien ir-Regeringsrätten) — Interpretazzjoni tal-Parti B tal-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet — Garanzija ta’ sottoskrizzjoni mogħtija minn bank lil kumpannija li toħroġ azzjonijiet ġodda bi ħlas ta’ kummissjoni — Tranżazzjoni li tikkonsisti f’impenn mill-bank li jakkwista parti mill-azzjonijiet tal-kumpannija emittenti fil-każ li n-numru ta’ azzjonijiet sottoskritti fit-terminu ma jkunx biżżejjed, sabiex jiggarantixxi lill-kumpannija emittenti l-finanzjament imfittex mill-ħruġ (underwriting)

Dispożittiv

L-Artikolu 13B(d)(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens illi l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud stipulata f’din id-dispożizzjoni tkopri s-servizzi li stabbiliment ta’ kreditu jagħti taħt il-forma ta’ garanzija ta’ sottoskrizzjoni u bi ħlas lil kumpannija li tixtieq toħroġ azzjonijiet, li bis-saħħa tagħhom dan l-istabbiliment jimpenja ruħu li jakkwista l-azzjonijiet li ma jkunux ġew sottoskritti meta jiskadi l-perijodu ta’ sottoskrizzjoni.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.