29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Audiencia provincial de Tarragona — Spanja) — Proċeduri kriminali kontra Magatte Gueye u Valentín Salmerón Sánchez

(Kawża C-483/09 u C-1/10) (1)

(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2001/220/JHA - Drittijiet tal-vittmi fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali - Reati mwettqa f’ambjent familjari - Obbligu ta’ piena anċillarja biex tinżamm id-distanza li tipprojbixxi lill-ikkundannat milli jersaq lejn il-vittma tiegħu - Għażla tat-tipi ta’ pieni u tal-livell tagħhom - Kompatibbiltà mal-Artikoli 2, 3 u 8 tal-imsemmija deċiżjoni qafas - Dispożizzjoni nazzjonali li teskludi l-medjazzjoni kriminali - Kompatibbiltà mal-Artikolu 10 tal-istess deċiżjoni qafas)

2011/C 319/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia provincial de Tarragona

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

 

Magatte Gueye (C-483/09)

fil-preżenza ta’: X

 

Valentín Salmerón Sánchez (C-1/10)

fil-preżenza ta’: Y

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia provincial de Tarragona — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 8 u 10 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2001, dwar id-drittijiet tal-vittimi fil-proċeduri kriminali (2001/220/ĠAI) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 72) — Rispett u rikonoxxenza tal-vittimi — Dritt għal protezzjoni — Medjazzjoni kriminali fil-proċeduri kriminali –Ftehim bejn il-vittma u l-ħati

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 2, 3 u 8 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2001/220/JHA, tal-15 ta’ Marzu 2001, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li sanzjoni biex tinżamm id-distanza obbligatorja għal żmien minimu, prevista fil-liġi kriminali ta’ Stat Membru bħala piena anċillarja, tiġi imposta kontra awturi ta’ vjolenzi mwettqa f’ambjent familjari, minkejja li l-vittmi tagħhom jikkontestaw l-applikazzjoni ta’ tali sanzjoni.

(2)

L-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2001/220 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti lill-Istati Membri, fid-dawl tal-kategorija partikolari tal-ksur imwettaq f’ambjent familjari, li jeskludi r-rikors għall-medjazzjoni fil-proċeduri kriminali kollha relatati ma’ tali ksur.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010

ĠU C 63, 13.03.2010