19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 — AceaElectrabel Produzione SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Electrabel SA

(Kawża C-480/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Kundizzjoni għar-rimbors minn qabel mill-benefiċjarju ta’ għajnuna preċedenti ddikjarata illegali - Kunċett ta’ ‘unità ekonomika’ - Kontroll konġunt minn żewġ kumpanniji parent distinti - Żnaturament tal-motivi tar-rikors - Żbalji u nuqqas ta’ motivazzjoni)

2011/C 55/26

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellant: AceaElectrabel Produzione SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo u M. Merola, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: V. Di Bucci, aġent), E. Righini, Electrabel SA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo u M. Merola, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Settembru 2009, AceaElectrabel Produzione SpA vs Il Kummissjoni (T-303/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/598/KE, tas-16 ta’ Marzu 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja — ir-reġjun tal-Lazio — beħsiebha timplementa favur it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra (ĠU 2006, L 244).

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

AceaElectrabel Produzione SpA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Electrabel SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.