29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Holland Malt BV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-464/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Linji gwida dwar l-għajnuna fis-settur agrikolu - Punt 4.2.5 - Suq tal-malt - Nuqqas ta’ ftuħ normali fis-suq - Miżura ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni)

2011/C 30/12

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Holland Malt BV (rappreżentanti: O. Brouwer, A. Stoffer u P. Schepens, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u A. Stobiecka-Kuik, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels u Y. de Vries, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) (li saret il-Qorti Ġenerali), tad-9 ta’ Settembru 2009, Holland Malt BV vs Il-Kummissjoni (T-369/06) — Holland Malt, sostnuta mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni 2007/59/KE tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Settembru 2006, li biha ddikjarat inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi favur Holland malt B.V. għall-ħolqien ta’ unità ta’ produzzjoni ta’ malt f’Eemshaven (Groningen), taħt il-forma ta’ għajnuna għall-investiment ta’ EUR 7 425 000, suġġetta għall-kundizzjoni sospensiva tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat Nru C 14/2005 — ex N 149/2004) (ĠU L 32, p. 76) — Applikazzjoni tal-linji Gwida dwar l-għajnuna fis-settur agrikolu

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Holland Malt BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010