|
12.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha — Spanja) — CLECE, S.A. vs María Socorro Martín Valor, Ayuntamiento de Cobisa
(Kawża C-463/09) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Trasferiment ta’ impriżi - Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kunċett ta’ ‘trasferiment’ - Attivitajiet ta’ tindif - Attività żgurata direttament minn kunsill lokali bir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid)
2011/C 80/06
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CLECE, S.A.
Konvenuta: María Socorro Martín Valor, Ayuntamiento de Cobisa
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98) — Kamp ta’ applikazzjoni — Teħid lura, min-naħa ta’ kunsill lokali, fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika, ta’ servizz ta’ tindif ta’ bini pubbliku
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1)(a) u (b), tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan tal-aħħar ma japplikax għal sitwazzjoni fejn kunsill lokali, li kien iħalli t-tindif tal-bini tiegħu f’idejn impriża privata, jiddeċiedi li jittermina l-kuntratt li ntrabat bih ma’ din tal-aħħar u li jeżerċita huwa stess l-attività ta’ tindif tal-imsemmi bini, billi jimpjega persunal ġdid għal dan il-għan.