28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-458/09 P) (1)

(Appell - Ġħajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lill-impriżi mill-ġdid ikkwotati fil-Borża - Leġiżlazzjoni li tipprovdi vantaġġi fiskali)

(2012/C 25/06)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, D. Grespan u E. Righini, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: M. Pere u H. Leppo, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”), tal-4 ta’ Settembru 2009, L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-211/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/261/KE, tas-16 ta’ Marzu 2005, dwar l-iskema ta’ għajnuna C8/2004 (ex NN 164/2003) implementata mill-Italja favur kumpanniji reċentement ikkwotati fil-Borża (ĠU 2006, L 94, p. 42).

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010