9.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di Appello di Firenze — l-Italja) — Tonina Enza iaia, Andrea moggio, Ugo Vassalle vs Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Università degli studi di Pisa

(Kawża C-452/09) (1)

(Direttiva 82/76/KEE - Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Tobba - Kisba tat-titolu ta’ speċjalista - Remunerazzjoni matul il-perijodu ta’ taħriġ - Preskrizzjoni ta’ ħames snin fuq id-dritt għall-ħlas ta’ remunerazzjoni perjodika)

2011/C 204/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Appello di Firenze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tonina Enza Iaia, Andrea Moggio, Ugo Vassalle

Konvenuti: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Università degli studi di Pisa

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte di Appello di Firenze — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 82/76/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1982, li temenda d-Direttiva 75/362/KEE dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali fil-mediċina, inklużi miżuri sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll id-Direttiva 75/363/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-attivitajiet tat-tobba (ĠU L 43, p. 21) — Taħriġ ta’ tobba speċjalisti — Dritt għal remunerazzjoni xierqa matul il-perijodu ta’ taħriġ — Effett dirett fin-nuqqas ta’ traspożizzjoni tad-direttiva — Possibbiltà għall-Istat li jqajjem eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni ta’ ħames jew għaxar snin tad-dritt li jirriżulta mill-imsemmija direttiva, għall-perijodu ta’ qabel l-ewwel liġi ta’ traspożizzjoni.

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jeċċepixxi l-iskadenza ta’ terminu preskrittiv raġjonevoli kontra azzjoni legali ppreżentata minn individwu fid-dawl tas-salvagwardja tad-drittijiet mogħtija minn direttiva, anki meta dan ma kienx ittrasponiha b’mod korrett, sakemm l-Istat Membru, permezz tal-aġir tiegħu, ma jkunx ikkawża d-dewmien tar-rikors. Il-konstatazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni ma għandhiex impatt fuq il-punt tat-tluq ta’ terminu preskrittiv, meta ma jkun hemm l-ebda dubju li l-imsemmi ksur ikun seħħ.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.