18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs X BV

(Kawża C-423/09) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Ħxejjex (rjus tat-tewm) imnixxfin, li l-umdità fihom ma tneħħitx għal kollox)

2010/C 346/31

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: X BV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 281, p. 1) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 327, p. 1) — Subintestatura tariffarja ta’ ħxejjex (rjus tat-tewm), imnixxfin, li l-umdità ma tneħħitx għal kollox u li ġew importati fi stat refriġerat.

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, għandha tiġi interpretata fis sens li t-tewm li jkun għadda minn proċess ta’ tnixxif intensiv skont trattament speċjali li jirriżulta fit-tneħħija totali jew kważi totali tal umidità li jkun fih il-prodott, jaqa’ taħt is-subintestatura tariffarja 0712 90 90 tan-Nomenklatura Magħquda, iżda t-tewm imnixxef parzjalment, li jikkonserva l proprjetajiet u l-karatteristiċi tat-tewm frisk, jaqa’ taħt is-subintestatura tariffarja 0703 20 00 tan Nomenklatura Magħquda.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.