30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta' Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça — il-Portugall) — José Maria Ambrósio Lavrador, Maria Cândida Olival Ferreira Bonifácio vs Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA

(Kawża C-409/09) (1)

(Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE u 90/232/KEE - Dritt għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Kundizzjonijiet għal limitazzjoni - Kontribuzzjoni tal-vittma għad-danni sostnuti minnha - Responsabbiltà għal riskju - Dispożizzjonijiet applikabbli għal terz minuri li jkun vittma ta’ aċċident)

2011/C 226/06

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: José Maria Ambrósio Lavrador, Maria Cândida Olival Ferreira Bonifácio

Konvenuta: Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal de Justiça — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249) — Portata tal-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja favur terzi — Dispożizzjonijiet applikabbli għal terzi minuri li jkunu vittmi ta’ aċċident

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u t-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jaqgħu taħt id-dritt tar-responsabbiltà ċivili li jippermettu li jiġi eskluż jew limitat id-dritt tal-vittma ta’ aċċident li jitlob kumpens taħt l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-vettura bil-mutur involuta fl-aċċident, abbażi ta’ evalwazzjoni individwali tal-kontribuzzjoni esklużiva jew parzjali ta’ din il-vittma għat-twettiq tad-dannu sostnut minnha.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010