21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-407/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sanzjonijiet pekunjarji - Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa)

2011/C 152/08

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u N. Dafniou, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Lulju 2007 fil-Kawża C-26/07 — Nuqqas milli tadotta d-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7 p. 65) — Talba għall-iffissar ta’ pagamenti ta’ penalità.

Dispożittiv

(1)

Billi ma addotatatx, fid-data li fiha skada t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata maħruġa fit-23 ta’ Settembru 2008 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, taħt l-Artikolu 228 KE, il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-18 ta’ Lulju 2007, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-26/07), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 228(1) KE.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 3 miljun.

(3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010.