13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Višje sodišče v Mariboru — Ir-Repubblika tas-Slovenja) — Jasna Detiček vs Maurizio Sgueglia

(Kawża C-403/09 PPU) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Miżuri provviżorji dwar id-dritt ta’ kustodja - Deċiżjoni eżekuttiva fi Stat Membru - Tneħħija illegali ta’ minuri - Stat Membru ieħor - Qorti oħra - Assenjazzjoni tal-kustodja tal-minuri lill-ġenitur l-ieħor - Ġurisdizzjoni - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari)

2010/C 63/24

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče v Mariboru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jasna Detiček

Konvenut: Maurizio Sgueglia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243) — Miżuri provviżorji u kawtelatorji — Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru A biex tiddeċiedi provviżorjament dwar talba għall-kisba tal-kustodja ta’ minuri, filwaqt li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni fil-mertu tal-kawża — li hija l-qorti li tiddeċiedi t-talba għad-divorzju — tinsab fi Stat Membru B.

Dispożittiv

L-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ma jippermettix lil qorti ta’ Stat Membru li tadotta miżura provviżorja fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenituri intiża li tagħti l-kustodja ta’ minuri li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru lil wieħed mill-ġenituri tiegħu meta qorti ta’ Stat Membru ieħor, li għandha ġurisdizzjoni skont l-imsemmi regolament li tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kwistjoni dwar il-kustodja tal-minuri, tkun diġà tat deċiżjoni li tafda b’mod provviżorju l-kustodja ta’ dan il-minuri lill-ġenitur l-ieħor, u li din id-deċiżjoni tkun ġiet iddikjarata eżekuttiva fit-territorju tal-ewwel Stat Membru


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.