20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Baranya Megyei Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungherija) — Uszodaépítő Kft vs APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály

(Kawża C-392/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Leġiżlazzjoni nazzjonali ġdida - Rekwiżiti dwar il-kontenut tal-fattura - Applikazzjoni b’effett retroattiv - Telf tad-dritt għal tnaqqis)

2010/C 317/18

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Baranya Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Uszodaépítő Kft

Konvenuta: APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály

Suġġett

Interpretazzjoni tal-Artikoli 17 u 20 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju — Leġiżlazzjoni nazzjonali ġdida dwar il-VAT li tagħti lill-persuni taxxabbli d-dritt li jagħżlu l-applikazzjoni tagħha, anki b’effett retroattiv, għal negozju pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha — Applikazzjoni b’effett retroattiv, taħt piena tat-telf tad-dritt għal tnaqqis, ta’ dispożizzjonijiet ġodda dwar ir-rekwiżiti tal-kontenut tal-fattura.

Dispożittiv

L-Artikoli 167, 168 u 178 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni retroattiva ta’ liġi nazzjonali li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ reverse charges, tissuġġetta t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud relatata ma’ xogħol ta’ kostruzzjoni għar-rettifika tal-fatturi relattivi għall-imsemmija tranżazzjonijiet u għall-preżentata ta’ dikjarazzjoni rettifikattiva addizzjonali, meta l-awtorità fiskali kkonċernata jkollha l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tistabbilixxi li l-persuna taxxabbli hija suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud bħala destinatarja tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni u sabiex tivverifika l-ammont tat taxxa li tista’ titnaqqas.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010.