18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės — ir-Repubblika tal-Litwanja) — Nidera Handelscompagnie BV vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-385/09) (1)

(Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt għal tnaqqis ta’ beni mibjugħa mill-ġdid qabel ir-reġistrazzjoni taal-persuna taxxabbli għall-VAT)

2010/C 346/30

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nidera Handelscompagnie BV

Konvenuta: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės — Interpretazzjoni tal-Artikolu 167, tal-ittra (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 168, tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 178 tad Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva d-dritt għal tnaqqis tal-VAT għall-persuni taxxabbli rreġistrati għall-VAT f’dan l-Istat Membru — Dritt għal tnaqqis tal-VAT eskluż għall-oġġetti u s-servizzi akkwistati mill-persuna taxxabbli qabel id-data tar-reġistrazzjoni tagħha għall-VAT fl-Istat Membru kkonċernat jekk dawn l-oġġetti u servizzi huma diġà użati għall-ħtiġiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis sens li tipprekludi li persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud li tissodisfa r-rekwiżiti sostantivi sabiex tnaqqas din it-taxxa, skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, u li tirreġistra ruħha għall-VAT f’terminu raġonevoli minn meta twettaq it-tranżazzjonijiet li taw lok għad-dritt għal tnaqqis, tkun tista’ tinċaħad mill-possibbiltà li teżerċita dan id-dritt minn leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa meta nxtraw beni għaliex din il-persuna taxxabbli ma kinitx reġistrata għat-taxxa fuq il-valur miżjud qabel użat dan id-dritt għall-finijiet tal-attivitajiet tagħha li huma suġġetti għat-taxxa.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009