11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs Isaac International Limited

(Kawża C-371/09) (1)

(Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali - Artikolu 212a - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 292 - Regolament (KE) Nru 88/97 - Artikolu 14 - Dazju antidumping - Frejms ta’ roti)

2010/C 246/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Konvenuta: Isaac International Limited

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97, tal-20 ta’ Jannar 1997, dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill tad-dazju anti-dumping impost bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 25, p. 158) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 292(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 212(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Dazju antidumping fuq ir-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ ċerti importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali ta’ roti — Kisba ta’ awtorizzazzjoni ta’ użu partikolari — Importatur li ma kisibx l-awtorizzazzjoni neċessarja, billi ma vverifikax it-termini tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 88/97 u tal-Artikolu 292(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2451/93 — Kunċett ta’ negliġenza manifesta

Dispożittiv

1)

Il-proċedura prevista fl-Artikolu 292(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1602/2000, tal-24 ta’ Lulju 2000, ma tistax isservi bħala awtorizzazzjoni għal importatur stabbilit u li jopera f’żewġ Stati Membri u li jimporta oġġetti fl-ewwel Stat Membru sabiex immedjatament jittrasportahom lejn it-tieni Stat Membru, b’mod li jibbenefika minn eżenzjoni mid-dazji antidumping skont l-Artikolu 14(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97, tal-20 ta’ Jannar 1997, dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament Kunsill (KE) Nru 71/97 tal- tad-dazju antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill.

2)

L-Artikolu 212a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, ma jippermettix l-għoti tal-eżenzjoni mid-dazji antidumping lil importatur li ma jkollux awtorizzazzjoni minn qabel sabiex jibbenefika minn eżenzjoni minn tali dazji, skont l-Artikolu 14(ċ) tar-Regolament Nru 88/97.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.