7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-22 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Il-Ġemanja) — P. I. vs Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid

(Kawża C-348/09) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 28(3)(a) - Deċiżjoni ta’ tkeċċija - Kundanna kriminali - Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika)

2012/C 200/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: P. I.

Konvenuta: Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen, Münster — Interpretazzjoni tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, p. 46) — Deċiżjoni ta’ tkeċċija meħuda abbażi ta’ raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika fir-rigward ta’ ċittadin Ewropew li kien residenti fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti u li kien ikkundannat għal piena ta’ priġunerija — Kunċett ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika”

Dispożittiv

L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jqisu li ksur penali bħala dak li jinsab fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 83(1) jikkostitwixxi preġudizzju partikolarment gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà, li jista’ jirrappreżenta theddida diretta għat-trankwillità u s-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni, u, għaldaqstant, li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ siguratà pubblika” jista’ jiġġustifika miżura ta’ tkeċċija skont l-imsemmi Artikolu 28(3), bil-kundizzjoni li l-mod kif tali ksur twettaq jippreżenta karatteristiċi partikolarment gravi, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika abbażi ta’ eżami individwali tal-każ speċifiku li hija tkun adita bih.

Kull miżura ta’ tkeċċija hija suġġetta għall-fatt li l-aġir tal-persuna kkonċernata jippreżenta theddida reali u attwali għal interess fundamentali tas-soċjetà jew tal-Istat Membru ospitanti, konstatazzjoni li timplika, b’mod ġenerali, fi ħdan l-individwu kkonċernat, l-eżistenza ta’ tendenza li jżomm dan l-aġir fil-futur. Qabel tiġi adottata deċiżjoni ta’ tkeċċija, l-Istat Membru ospitanti għandu jieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari t-tul tar-residenza tal-persuna kkonċernata fuq it-territorju tiegħu, l-età tagħha, l-istat ta’ saħħa tagħha, is-sitwazzjoni familjari u ekonomika tagħha, l-integrazzjoni soċjali u kulturali tagħha f’dan l-Istat u l-intensità tar-rabtiet tagħha mal-pajjiż ta’ oriġini tagħha.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.