10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) — Secretary of State for the Home Department vs Maria Dias

(Kawża C-325/09) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 16 - Dritt ta’ residenza permanenti - Perijodi mwettqa qabel id-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva - Residenza legali - Residenza abbażi biss ta’ permess ta’ residenza maħruġ skont id-Direttiva 68/360/KEE u mingħajr ma huma sodisfatti l kundizzjonijiet għall-ibbenefikar minn kwalunkwe dritt ta’ residenza)

2011/C 269/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for the Home Department

Konvenuta: Maria Dias

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18(1) tat-Trattat KE — Dritt ta’ residenza permanenti — Kunċett ta’ residenza legali — Ċittadin tal-Unjoni, li għandu permess ta’ residenza ta’ ħames snin fir-Renju Unit maħruġ skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 68/360/KEE, li r-residenza tiegħu ġiet interrotta b’perijodu li fih dan kien volontarjament bla xogħol — Permess maħruġ qabel d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/38/KE — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ residenza mwettqa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva?

Dispożittiv

L-Artikolu 16(1) u (4), tad-Direttiva 2004/38/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

perijodi ta’ residenza mwettqa qabel it-30 ta’ April 2006 abbażi biss ta’ permess ta’ residenza maħruġ b’mod validu skont id-Direttiva tal-Kunsill 68/360/KEE, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-moviment u residenza fi ħdan il-Komunità għal ħaddiema ta’ Stati Membri u l-familji tagħhom, u mingħajr ma huma sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ibbenefikar minn kwalunkwe dritt ta’ residenza ma jistgħux jitqiesu bħala mwettqa legalment għall-finijiet tal-ksib tad-dritt ta’ residenza permanenti skont l-Artikolu 16(1)tad-Direttiva 2004/38, u

perijodi ta’ residenza ta’ inqas minn sentejn konsekuttivi, imwettqa abbażi biss ta’ permess ta’ residenza maħruġ b’mod validu skont id Direttiva 68/360 u mingħajr ma huma sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-ibbenefikar minn dritt ta’ residenza, li seħħew qabel it-30 ta’ April 2006 u wara residenza legali kontinwa ta’ ħames snin imwettqa qabel din id-data, ma humiex ta’ natura li jaffettwaw il-ksib tad-dritt ta’ residenza permanenti skont l-imsemmi Artikolu 16(1).


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.