3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-311/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa - VAT - Trasport internazzjonali ta’ persuni - Taxxa fissa imposta fuq trasportaturi stabbiliti barra mit-territorju nazzjonali)

(2010/C 179/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Dowgielewicz u M. Szpunar, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 73, 168 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006 L 347, p. 1) — Trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq it-trasportaturi stabbiliti barra mill-pajjiż il-ħlas ta’ VAT skont sistema ta’ taxxa fissa bbażata biss fuq in-numru ta’ passiġġieri ttrasportati fit-territorju nazzjonali u li ma tippermettix tnaqqis tat-taxxa imposta fl-istadju preċedenti.

Dispożittiv

(1)

Bl-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud skont il-modalitajiet iddefiniti fl-Artikolu 35(1),(3),(4) u (5) tal-Kapitolu 13 tar-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi, tas-27 ta’ April 2004, dwar l-implementazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijet tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-prodotti u s-servizzi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 73, 168 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

(2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009