2.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Rejonowy Warszawa — ir-Repubblika tal-Polonja) — Artur Weryński vs Mediatel 4B Spółka z o.o.
(Kawża C-283/09) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Kisba ta’ provi - Smigħ ta’ xhud mill-qorti rikjesta fuq talba tal-qorti rikjedenti - Indennizz mogħti lix-xhieda)
2011/C 103/06
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy Warszawa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Artur Weryński
Konvenuta: Mediatel 4B Spółka z o.o.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 121) — Smigħ ta’ xhud minn qorti ta’ Stat Membru fuq talba ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor — Indennizz mogħti lix-xhieda — Possibbiltà għall-qorti rikjesta li titlob lill-qorti rikjedenti l-ħlas ta’ somma flus bil-quddiem lix-xhud li jkun xehed
Dispożittiv
L-Artikoli 14 u 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti rikjedenti ma hijiex marbuta tħallas lill-qorti rikjesta somma mħallsa bil-quddiem sabiex tkopri l-indennizz jew ir-rimbors tal-indennizz dovut lix-xhud eżaminat.