11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — Ir-Repubblika tal-Latvja) — SIA Pakora Pluss vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-248/09) (1)

(Att ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea - Unjoni doganali - Miżuri tranżitorji - Rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera ta’ merkanzija eżenti mid-dazji doganali - Merkanzija li fid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Latvja kienet qegħda tiġi ttrasportata fi ħdan il-Komunità estiża - Formalitajiet tal-esportazzjoni - Dazji fuq l-importazzjoni - VAT)

2010/C 246/15

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA Pakora Pluss

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(10) tar-Regolament tal-Kunsill tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), tal-Artikolu 448 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), kif ukoll tal-Att ta’ Adeżjoni 2003, Anness IV, Kapitolu 5, punt 1 — Importazzjoni bil-baħar ta’ vettura bil-mutur — Rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera eżenti mid-dazji doganali u minn miżuri doganali oħrajn applikabbli għal merkanziji li, fid-data ta’ adeżjoni, kienu qegħdin jiġu ttrasportati fil-Komunità estiża wara t-twettiq tal-formalitajiet ta’ esportazzjoni

Dispożittiv

1)

Il-Kapitolu 5, Punt 1 tal-Anness IV tal-ATT li jirrigwarda l kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir Repubblika tal Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi vverifikat jekk il-formalitajiet tal-esportazzjoni li huma msemmija fih ġewx kompletati, ma huwiex rilevanti jekk l-atti previsti fl-Artikolu 448 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2787/2000, tal-15 ta’ Diċembru 2000, kinux imwettqa, anki fil-każ fejn ġie stabbilit manifest ta’ tagħbija.

2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, u bir-Regolament Nru 2454/93, kif emendat, japplikaw fl-Istati Membri l-ġodda, mill-1 ta’ Mejju 2004, mingħajr ma jista’ jiġi invokat il-benefiċċju tal-proċedura prevista fil-Kapitolu 5, Punt 1 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni meta l-formalitajiet tal-esportazzjoni li huma msemmija fih ma ġewx kompletati għal merkanziji li kienu qegħdin jiġu ttrasportati fi ħdan il-Komunità estiża fid-data tal-adeżjoni ta’ dawn l-Istati Membri l-ġodda tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-Artikolu 4(10) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dazji fuq l-importazzjoni ma jinkludux it-taxxa fuq il-valur miżjud li għandha tinġabar fuq l-importazzjoni tal-oġġetti.

4)

Fil-każ fejn merkanzija hija importata, l-obbligu li titħallas il-VAT jaqa’ fuq il-persuna jew persuni identifikati jew rikonoxxuti mill-Istat Membru tal-importazzjoni.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009