26.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Brussel — il-Belġju) — Omalet NV vs Rijksdienst voor Sociale Zekerheid
(Kawża C-245/09) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 49 KE - Imprenditur stabbilit fi Stat Membru - Talba lil partijiet kontraenti stabbiliti fl-istess Stat Membru - Sitwazzjoni purament interna - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)
2011/C 63/08
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Omalet NV
Konvenut: Rijksdienst voor Sociale Zekerheid
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidshof te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 KE — Leġiżlazjoni soċjali — Imprenditur stabbilit fil-Belġju li jagħmel użu mis-servizzi ta’ subappaltaturi stabbiliti fl-istess Stat Membru mingħajr ma huma rreġistrati mal-awtoritajiet nazzjonali — Applikabbiltà jew le tal-Artikolu 49 KE.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-arbeidshof te Brussel (il-Belġju), b’deċiżjoni tal-25 ta’ Ġunju 2009, hija inammissibbli.