18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino — l-Italja) — Antonino Accardo et vs Comune di Torino

(Kawża C-227/09) (1)

(Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Uffiċjali tal-pulizija muniċipali - Direttiva 93/104/KE - Direttiva 93/104/KE kif emendata bid Direttiva 2000/34/KE - Direttiva 2003/88/KE - Artikoli 5, 17 u 18 - Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa - Ftehim kollettiv jew ftehim konkluż bejn imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali jew reġjonali - Derogi dwar il-mistrieħ ta’ kull ġimgħa differit u l-mistrieħ ta’ kumpens - Effett dirett - Interpretazzjoni konformi)

2010/C 346/24

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antonino Accardo, Viola Acella, Antonio Acuto, Domenico Ambrisi, Paolo Battaglino, Riccardo Bevilacqua, Fabrizio Bolla, Daniela Bottazzi, Roberto Brossa, Luigi Calabro’, Roberto Cammardella, Michelangelo Capaldi, Giorgio Castellaro, Davide Cauda, Tatiana Chiampo, Alessia Ciaravino, Alessandro Cicero, Paolo Curtabbi, Paolo Dabbene, Mauro D'Angelo, Giancarlo Destefanis, Mario Di Brita, Bianca Di Capua, Michele Di Chio, Marina Ferrero, Gino Forlani, Giovanni Galvagno, Sonia Genisio, Laura Dora Genovese, Sonia Gili, Maria Gualtieri, Gaetano La Spina, Maurizio Loggia, Giovanni Lucchetta, Sandra Magoga, Manuela Manfredi, Fabrizio Maschio, Sonia Mignone, Daniela Minissale, Domenico Mondello, Veronnica Mossa, Plinio Paduano, Barbaro Pallavidino, Monica Palumbo, Michele Paschetto, Frederica, Peinetti, Nadia Pizzimenti, Gianluca Ponzo, Enrico Pozzato, Gaetano Puccio, Danilo Ranzani, Pergianni Risso, Luisa Rossi, Paola Sabia, Renzo Sangiano, Davide Scagno, Paola Settia, Raffaella Sottoriva, Rossana Trancuccio, Fulvia Varotto, Giampiero Zucca, Fabrizio Lacognata, Guido Mandia, Luigi Rigon, Daniele Sgavetti

Konvenut: Comune di Torino

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Torino — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5, 17 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197). — Derogi dwar il-mistrieħ ta’ kull ġimgħa differit u l-mistrieħ ta’ kumpens — Applikazzjoni għall-uffiċjali tal-pulizija urbana

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 17(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kemm fil-verżjoni oriġinali kif ukoll fil-verżjoni tagħha kif emendata bid-Direttiva 2000/34/KE tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 2000, għandu portata awtonoma fir-rigward tal-Artikolu 17(2) tal-istess direttiva, hekk li l-fatt li professjoni ma tkunx elenkata fl-imsemmi Artikolu 17(2) ma jipprekludix li din tista’ taqa’ taħt id-deroga prevista fl-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 93/104, fl-imsemmija żewġ verżjonijiet.

(2)

F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, id-derogi fakultattivi previsti fl-Artikolu 17 tad-Direttivi 93/104 u 93/104 kif emendata, bid-Direttiva 2000/34, kif ukoll, jekk ikun il-każ, fl-Artikoli 17 u/jew 18 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ma jistgħux jiġu invokati kontra individwi bħalma huma r rikorrenti fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, dawn id dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jammettu jew jipprekludu l-applikazzjoni ta’ ftehim kollettivi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li l-applikazzjoni ta’ dawn il-ftehim tiddependi mid-dritt intern.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009